"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Barranin

Vidjokonferenza tal-ministri għall-affarijiet barranin, 3 ta' April 2020

Main results

Josep Borrell, ir-Rappreżentant Għoli tal-UE għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà
Qed inħabbtu wiċċna ma' infodemija b'impatt perikoluż fuq is-saħħa pubblika. Ser inkomplu nindirizzaw id-diżinformazzjoni, u nikkoordinaw u nintensifikaw l-isforzi tagħna mal-Istati Membri u mal-pjattaformi tal-media soċjali.
Josep Borrell, ir-Rappreżentant Għoli tal-UE għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà
Josep Borrell, ir-Rappreżentant Għoli tal-UE għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà

Illum il-Ministri tal-UE għall-affarijiet barranin kellhom vidjokonferenza, immexxija mir-Rappreżentant Għoli tal-UE għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, Josep Borrell.

Il-ministri qasmu l-fehmiet tagħhom dwar aspetti internazzjonali tal-pandemija tal-COVID-19, u kkonċentraw fuq il-koordinazzjoni konsulari u r-ripatrijazzjoni, it-tisħiħ tal-kooperazzjoni u l-assistenza internazzjonali, u d-diżinformazzjoni.

Il-ministri għall-affarijiet barranin laqgħu l-ħidma li saret u l-progress li sar mill-istituzzjonijiet tal-UE fil-koordinazzjoni tal-isforzi ta' ripatrijazzjoni u ta' assistenza konsulari tal-istati membri liċ-ċittadini tagħhom barra mill-pajjiż. Sal-lum, bis-saħħa tal-isforzi konġunti tal-UE, aktar minn 350.000 Ewropew ġew ripatrijati, filwaqt li 250.000 għadhom jeħtieġu assistenza.

Dwar il-kooperazzjoni u l-assistenza internazzjonali, il-ministri għall-affarijiet barranin saħqu li din kienet kriżi globali li teħtieġ tweġiba globali. Huma qiesu li għandha tingħata prijorità lill-assistenza lill-aktar pajjiżi vulnerabbli u lill-Afrika, speċjalment peress li f'ħafna pajjiżi vulnerabbli l-effetti devastanti tal-Covid-19 jistgħu jiġu amplifikati bil-kunflitti.

Fl-aħħar nett il-ministri wrew ukoll tħassib dwar il-miżinformazzjoni u d-diżinformazzjoni u l-ħtieġa li tkompli l-ġlieda kontra l-impatt negattiv fuq is-soċjetajiet u ħajjet in-nies u s-saħħa pubblika. Il-ministri għall-affarijiet barranin enfasizzaw il-ħtieġa li jiġu intensifikati l-isforzi konġunti fil-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni permezz ta' kooperazzjoni mill-qrib bejn l-istituzzjonijiet tal-UE, l-istati membri u l-media soċjali.

Il-Ministri għall-Affarijiet Barranin tal-UE jappellaw għal azzjoni kontra d-diżinformazzjoni.

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 6 ta' Frar 2025