Skip to content
  • Kunsill Affarijiet Barranin

Vidjokonferenza tal-ministri għall-affarijiet barranin (żvilupp), 8 ta' April 2020

Main results

Josep Borrell, Rappreżentant Għoli tal-UE għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà
F'din il-pandemija globali, is-solidarjetà internazzjonali mhijiex biss kwistjoni ta' li nibqgħu leali lejn il-valuri tagħna. Hija wkoll waħda fejn niżguraw li nirbħu l-ġlieda kontra l-virus ilkoll flimkien. Il-virus jingħeleb biss meta jingħeleb kullimkien. Pandemija globali tista' tissolva biss globalment, b'azzjoni globali magħquda, rapida u deċiżiva, hekk kif qed nippreżentawha llum.
Josep Borrell, Rappreżentant Għoli tal-UE għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà
Josep Borrell, Rappreżentant Għoli tal-UE għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà

Il-ministri għall-iżvilupp tal-UE kellhom laqgħa informali permezz ta' vidjokonferenza biex jiddiskutu l-implikazzjonijiet tal-COVID-19 madwar id-dinja, u approvaw it-tnedija ta' pakkett "Tim Ewropa" biex jappoġġa lill-pajjiżi sħab fil-ġlieda kontra l-pandemija u l-konsegwenzi tagħha, b'appoġġ finanzjarju globali li jammonta għal aktar minn € 20 biljun mir-riżorsi eżistenti tal-azzjoni esterna.

Il-pakkett ser jgħin l-aktar pajjiżi vulnerabbli b'mod partikolari fl-Afrika, fil-viċinat tal-UE, iżda wkoll fl-Asja u l-Paċifiku, kif ukoll l-Amerka Latina u l-Karibew. Dan ser jiffoka fuq il-persuni l-aktar fir-riskju, inkluż it-tfal, in-nisa, l-anzjani, u l-persuni b'diżabilità, kif ukoll il-migranti, ir-refuġjati, il-persuni spostati internament u l-komunitajiet ospitanti tagħhom.

L-approċċ "Tim Ewropa" ser jgħaqqad ir-riżorsi mill-UE, l-istati membri tagħha, u l-istituzzjonijiet finanzjarji, b'mod partikolari l-Bank Ewropew tal-Investiment u l-Bank Ewropew tal-Investiment għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp, u ser jagħmel disponibbli aktar minn €20 biljun. Ser tingħata prijorità:

  • lir-rispons għall-kriżi tas-saħħa immedjata u l-ħtiġijiet umanitarji li jirriżultaw minnha
  • lit-tisħiħ tas-sistemi tas-saħħa, tal-ilma u tas-sanità, kif ukoll il-kapaċitajiet u l-istat ta' tħejjija tal-pajjiżi sħab biex jittrattaw il-pandemija
  • lill-mitigazzjoni tal-konsegwenzi soċjali u ekonomiċi immedjati

Il-ministri ssottolinjaw ukoll li l-ħidma ser tkompli fi sħubija man-Nazzjonijiet Uniti, l-Istituzzjonijiet Finanzjarji Internazzjonali, kif ukoll il-G7 u l-G20.

COVID-19: l-UE u l-istati membri jagħmlu aktar minn €20 biljun disponibbli għas-sħab.

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 6 ta' Frar 2025