"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Barranin

Vidjokonferenza tal-ministri għall-affarijiet barranin, 22 ta' April 2020

Main results

Josep Borrell, Rappreżentant Għoli tal-UE għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà
Iddiskutejna kif nistgħu nagħtu appoġġ aħjar lill-Ukrajna u lil pajjiżi oħra fis-sħubija tal-Lvant fiż-żminijiet tal-pandemija tal-Covid-19. Il-messaġġ tagħna lilhom huwa ċar, ser inkomplu ngħinuhom f'dawn iż-żminijiet ta' sfida.
Josep Borrell, Rappreżentant Għoli tal-UE għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà
Josep Borrell, Rappreżentant Għoli tal-UE għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà

Illum il-Ministri tal-UE għall-affarijiet barranin kellhom vidjokonferenza, immexxija mir-Rappreżentant Għoli tal-UE għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, Josep Borrell.

Il-ministri l-ewwel kellhom skambju qasir ta' fehmiet dwar il-ġrajjiet kurrenti, u gradwalment reġgħu lura għal kwistjonijiet ewlenin ta' politika barranija. F'dan il-kuntest il-ministri ttrattaw bosta kwistjonijiet urġenti fix-xena internazzjonali, inkluż is-sitwazzjoni fil-Libja, it-Turkija u l-Afganistan.
F'dak li għandu x'jaqsam mar-rispons għall-pandemija tal-Covid-19, ir-Rappreżentant Għoli informa lill-ministri dwar l-isforzi li għaddejjin biex iċ-ċittadini Ewropej maqbudin barra pajjiżhom jiġu ripatrijati, biex tiġi miġġielda d-diżinformazzjoni, u biex jiġi implimentat l-hekk imsejjaħ "pakkett ta' Tim Ewropa". F'dan il-kuntest, il-ministri ddiskutew b'mod partikolari l-possibbiltà li jitwaqqaf pont umanitarju bl-ajru tal-UE għall-konsenja ta' tagħmir relatat mal-coronavirus, u jiġi ffaċilitat il-moviment tal-persunal umanitarju.

Il-ministri għall-affarijiet barranin imbagħad kellhom diskussjoni dwar kif jista' jingħata appoġġ aħjar lill-Ukrajna u lil pajjiżi oħra fis-sħubija tal-Lvant fiż-żminijiet tal-pandemija tal-Covid-19.

F'dan il-kuntest il-ministri esprimew appoġġ għall-proċess ta' riforma li għaddej fl-Ukrajna, kif ukoll għas-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukrajna, inkluż in-nuqqas ta' rikonoxximent tal-annessjoni illegali tal-Krimea.

Fir-rigward tas-Sħubija tal-Lvant, il-ministri raw il-kriżi attwali bħala opportunità biex juru li l-UE hija l-aktar sieħba affidabbli għal dawn il-pajjiżi. Huma ddiskutew b'mod partikolari kif l-UE tista' tappoġġa lil dawn il-pajjiżi sabiex l-ekonomiji, l-impjiegi u l-istituzzjonijiet tagħhom ma jbatux, u li l-ispinta għar-riformi tibqa' fuq quddiem fl-aġenda.

Il-Ministri għall-Affarijiet Barranin tal-UE jivvalutaw il-politiki u l-approċċ tal-UE fir-rigward tal-Viċinat tal-Lvant fid-dawl tal-pandemija tal-COVID-19

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 6 ta' Frar 2025