"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Barranin

Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea, kapijiet tad-difiża tal-UE, 19 ta' Mejju 2021

Riżultati ewlenin

Il-Kapijiet tad-Difiża tal-UE ltaqgħu fi Brussell għall-ewwel Kumitat Militari tagħhom tal-2021 u għażlu l-Kap tal-Persunal tad-Difiża Awstrijak, il-Ġeneral Robert Brieger bħala l-President il-ġdid tal-Kumitat Militari tal-UE mill-1 ta' Ġunju 2022. Il-laqgħa, l-ewwel waħda wiċċ imb'wiċċ mis-sena l-oħra, kienet ippreseduta mill-Ġeneral Claudio Graziano.

Il-Ġeneral Claudio Graziano
F'dawn iż-żminijiet iebsin l-UE bdiet riflessjonijiet importanti dwar il-ħtiġijiet preżenti u futuri tal-Ewropa fil-qasam tad-difiża u s-sigurtà. Barra minn hekk, jekk il-kunċett tal-Gruppi Tattiċi tal-UE jingħata ħajja ġdida, dan jista' jirrappreżenta opportunità tajba għat-tħejjija u d-deterrenza tal-UE fl-indirizzar ta' kriżi permezz ta' taħriġ, eżerċizzji u eventwalment stazzjonament reali.
Il-Ġeneral Claudio Graziano
Il-Ġeneral Claudio Graziano

Is-sessjoni nfetħet mir-Rappreżentant Għoli Josep Borrell, li enfasizza l-importanza tal-awtonomija strateġika u l-inizjattivi ta' difiża tal-UE, partikolarment ir-rwol tal-Gruppi Tattiċi tal-UE biex jaġixxu ta' forzi ta' dħul inizjali f'sitwazzjonijiet ta' rispons rapidu.

Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna mbagħad informa lill-Kapijiet tad-Difiża tal-UE dwar l-aħħar żviluppi relatati mal-Boxxla Strateġika. Il-Kapijiet tad-Difiża tal-UE kienu kuntenti bil-preżentazzjonijiet u esprimew is-sodisfazzjoni tagħhom bir-rwol tal-Kumitat Militari tal-UE fl-għoti ta' kontribut u għarfien espert militari għad-diskussjonijiet politiċi.

Imbagħad id-Direttur Ġenerali tal-Persunal Militari tal-Unjoni Ewropea, il-Viċi Ammirall Hervé Bléjean aġġorna lill-Kapijiet tad-Difiża dwar il-gruppi tattiċi tal-UE. Huma għarfu li n-nuqqas ta' kontribut għar-roster tal-Gruppi Tattiċi tal-UE jista' jxekkel il-kapaċità tal-UE li taġixxi f'sitwazzjoni ta' rispons rapidu. Huma għarfu l-ħtieġa għal soluzzjoni vijabbli urġenti biex il-Gruppi Tattiċi tal-UE jkunu jappellaw aktar.

Ġiet iddedikata sessjoni speċifika għall-missjonijiet u l-operazzjonijiet militari tal-PSDK li fiha l-Kmandant tal-Operazzjoni ta' EUNAVFOR MED IRINI, il-Viċi Ammirall Fabio Agostini, il-Kmandant tal-Operazzjoni ta' EUFOR ALTHEA, il-Logutenent Ġeneral Brice Houdet u l-Kmandant tal-Operazzjoni ta' EUNAVFOR ATALANTA l-Viċi Ammirall Jose M. Nuñez Torrente għarrfu lill-Kapijiet tad-Difiża. Minħabba n-nuqqasijiet li hemm bħalissa, il-Kapijiet tad-Difiża fakkru fil-ħtieġa urġenti li l-istati membri jipprovdu lill-Missjonijiet u l-Operazzjonijiet tal-PSDK b'riżorsi, persunal, assi u loġistika xierqa, skont il-livell politiku ta' ambizzjoni.

Suċċessivament, il-President tal-kumitat militari tan-NATO, il-Kap Marixxall tal-Ajru Sir Stuart Peach, ingħaqad mas-sessjoni dwar il-kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO, u għal darb' oħra saħħaħ ir-rabta qawwija u dejjem akbar bejn l-UE u n-NATO. Il-Kapijiet tad-Difiża għarfu l-ħtieġa li nieħdu vantaġġ mill-iżviluppi konkomitanti tal-Boxxla Strateġika tal-UE u l-inizjattiva tan-NATO 2030, bħala qafas għat-titjib tal-kooperazzjoni bejn iż-żewġ organizzazzjonijiet.

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 29 ta' Jannar 2025