"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Barranin

Kunsill Affarijiet Barranin (Kummerċ), 20 ta' Mejju 2021

Riżultati ewlenin

Relazzjonijiet kummerċjali bejn l-UE u l-Istati Uniti

Il-ministri ġew mgħarrfa mill-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni attwali fir-relazzjonijiet kummerċjali bejn l-UE u l-Istati Uniti. Dan inkluda informazzjoni dwar l-aħħar żviluppi u skambji, eż. fir-rigward tal-iżvilupp ta' aġenda kummerċjali pożittiva bejn l-UE u l-Istati Uniti, kwistjonijiet marbutin mad-WTO, kif ukoll kwistjonijiet marbutin mat-tariffi tal-Airbus/Boeing u t-Taqsima 232 tal-Istati Uniti dwar l-azzar u l-aluminju.

Augusto Santos Silva, Ministru tal-Istat u l-Affarijiet Barranin tal-Portugall
L-impenn tal-amministrazzjoni l-ġdida ta' Biden lejn il-multilateraliżmu u l-bini mill-ġdid tar-relazzjonijiet mal-alleati huma promettenti. Issa jeħtieġ li naħdmu b'mod aktar konkret fuq it-tnedija mill-ġdid tad-djalogu tranżatlantiku u biex jittaffa tilwim antik biex tiġi evitata l-konfrontazzjoni, anke meta jkun hemm differenzi oġġettivi ta' interess u opinjoni bejn l-UE u l-Istati Uniti dwar kwistjonijiet kummerċjali.
Augusto Santos Silva, Ministru tal-Istat u l-Affarijiet Barranin tal-Portugall
Augusto Santos Silva, Ministru tal-Istat u l-Affarijiet Barranin tal-Portugall

Riforma tad-WTO u tħejjijiet għall-Konferenza Ministerjali li jmiss

Il-ministri ddiskutew il-ħidma li għaddejja fuq ir-riforma u n-negozjati tad-WTO, u qiesu t-tħejjijiet u l-prijoritajiet għall-Konferenza Ministerjali tad-WTO li jmiss.

Il-Kummissjoni pprovdiet lill-Kunsill b'rapport dwar is-sitwazzjoni preżenti tat-tħejjijiet għat-12-il Konferenza Ministerjali tad-WTO (MC12) li ser issir f'Ġinevra mit-30 ta' Novembru sat-3 ta' Diċembru 2021.

Rieżami tal-politika kummerċjali

Il-Kunsill qasam il-fehmiet tiegħu dwar ir-rieżami tal-politika kummerċjali. Fit-18 ta' Frar 2021, il-Kummissjoni ħarġet il-Komunikazzjoni tagħha dwar ir-"Rieżami tal-Politika Kummerċjali - Politika Kummerċjali Miftuħa, Sostenibbli u Assertiva". Il-Komunikazzjoni dwar dan ir-Rieżami tenfasizza l-fatt li l-UE għandha tkompli timpenja ruħha lejn kummerċ miftuħ, ġust u bbażat fuq ir-regoli filwaqt li fl-istess ħin tiddefendi l-interessi tagħha u tiżgura kundizzjonijiet ugwali.

L-Istrument għal Akkwist Internazzjonali

Il-presidenza u l-Kummissjoni għarrfu lill-Kunsill dwar is-sitwazzjoni preżenti tan-negozjati dwar l-Istrument għal Akkwist Internazzjonali matul seduta pubblika taħt "Affarijiet oħra".

L-Istrument huwa għodda tal-politika kummerċjali li għandha l-għan li tiskoraġġixxi d-diskriminazzjoni tal-kumpaniji tal-UE fis-swieq tal-akkwist f'pajjiżi terzi.

Il-presidenza Portugiża intensifikat il-ħidma fuq l-Istrument u għandha l-għan li tilħaq pożizzjoni maqbula mill-Kunsill sa tmiem il-mandat tagħha. B'dan ikunu jistgħu jibdew it-trilogi mal-Parlament Ewropew matul il-mandat tal-presidenza Slovena li jmiss.

Punti oħra

Taħt "Affarijiet oħra", il-ministri ġew mgħarrfa mill-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni preżenti tal-investigazzjoni li għaddejja dwar is-salvagwardja tal-azzar. Din l-investigazzjoni għandha l-għan li tevalwa jekk il-miżuri ta' salvagwardja fis-seħħ bħalissa fuq l-importazzjoni ta' ċerti prodotti tal-azzar għandhomx jiġu estiżi lil hinn mit-30 ta' Ġunju 2021.

Huma ngħataw ukoll tagħrif dwar is-sitwazzjoni preżenti tal-qbil bejn l-UE u l-Mercosur.

Il-ministri qasmu wkoll il-fehmiet tagħhom b'mod informali mad-Direttur Ġenerali tad-WTO, Dr Ngozi Okonjo-Iweala.

Il-ministri kellhom ukoll l-opportunità li jaqsmu l-fehmiet tagħhom informalment mar-Rappreżentant tal-Kummerċ tal-Istati Uniti Katherine Tai.

Punti ewlenin tal-Kunsill Affarijiet Barranin (Kummerċ), li sar fl-20 ta' Mejju 2021, fi Brussell.

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' eżitu

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 30 ta' Jannar 2025