"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Barranin

Vidjokonferenza informali tal-ministri għall-affarijiet barranin, 18 ta' Mejju 2021

Riżultati ewlenin

Il-ministri għall-affarijiet barranin tal-UE qasmu fehmiethom dwar iż-żieda serja reċenti tal-vjolenza f'Iżrael u fit-Territorju Okkupat Palestinjan, u ddiskutew l-elementi tar-rispons tal-UE.

Ir-Rappreżentant Għoli tal-UE għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, Josep Borrell, ġabar fil-qosor is-sens ġenerali tad-diskussjoni hekk:

  • il-prijorità hija l-waqfien immedjat ta' kull vjolenza u l-implimentazzjoni ta' waqfien mill-ġlied, sabiex jiġu mħarsa l-persuni ċivili, u jingħata aċċess umanitarju sħiħ f'Gaża
  • iż-żieda fil-vjolenza f'dawn l-aħħar jiem wasslet biex għadd kbir ta' persuni ċivili sfaw mejta u midruba, fosthom għadd kbir ta' tfal u nisa. Dan mhuwiex aċċettabbli
  • l-attakki bir-rokit kif ġie ġie mill-Ħamas u gruppi terroristiċi oħra fuq it-territorju Iżraeljan huma kundannabbli
  • aħna nagħtu appoġġ sħiħ lid-dritt ta' Iżrael għall-awtodifiża. Din għandha ssir b'mod proporzjonat u b'rispett għad-dritt umanitarju internazzjonali
  • l-istatus quo tas-Siti Sagri għandu jiġi rispettat bis-sħiħ, u jinżamm id-dritt tat-twemmin
  • huwa importanti li ma jitkomplewx l-evizzjonijiet f'Sheikh Jarrah, f'konformità mal-pożizzjoni tal-UE dwar l-insedjamenti
  • sigurtà vera għal Iżrael u l-Palestina titlob soluzzjoni politika reali li twassal għall-paċi. Sabiex isir dan, jeħtieġ li jerġa' jkollna orizzont politiku, infittxu spazju għal involviment mill-ġdid bejn il-partijiet, niżviluppaw il-miżuri għat-tisħiħ tal-fiduċja, intejbu l-kondizzjonijiet tal-għajxien tan-nies, u niftħu t-triq għat-tnedija potenzjali mill-ġdid tal-proċess ta' paċi
  • l-elezzjonijiet Palestinjani jridu jitqiesu bħala prijorità
  • l-UE ser iġġedded l-involviment tagħha mas-sħab ewlenin bħall-amministrazzjoni l-ġdida tal-Istati Uniti, u Kwartett imġedded
  • ir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għall-Proċess ta' Paċi fil-Lvant Nofsani, Sven Koopmans, ser iżur ir-reġjun għal taħdidiet mal-Kwartett, ma' sħab oħra u mal-partijiet infushom

Taħt affarijiet oħra, il-ministri ġew infurmati wkoll dwar l-avvenimenti li qed iseħħu fir-rigward tal-migrazzjoni f'Ceuta, Spanja.

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' tħejjija

Dokumenti ta' eżitu

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 5 ta' Frar 2025