"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Barranin

Kunsill Affarijiet Barranin (Kummerċ), 25-29 ta' Frar 2024

Riżultati ewlenin

Il-Kunsill Affarijiet Barranin, fil-konfigurazzjoni tiegħu tal-Kummerċ, iltaqa' fil-marġini tat-13-il Konferenza Ministerjali (MC13) tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), li saret f'Abu Dhabi, l-Emirati Għarab Magħquda, mis-26 ta' Frar sal-1 ta' Marzu.

Il-Kunsill adotta konklużjonijiet fejn laqa' b'sodisfazzjon ir-riżultati miksuba fir-rigward tal-proposti dwar il-ħruġ mill-kategorija tal-pajjiżi l-anqas żviluppati u t-trattament speċjali u differenzjat, kif ukoll ir-riforma tad-WTO u l-programm ta' ħidma dwar l-ekonomiji ż-żgħar.

Il-Kunsill approva wkoll id-Dikjarazzjoni Ministerjali ta' Abu Dhabi, inkluż l-estensjoni tal-moratorju b'rabta mal-kummerċ elettroniku u l-programm ta' ħidma dwar il-kummerċ elettroniku.

L-ewwel laqgħa saret fil-25 ta' Frar, qabel ma bdiet il-konferenza, fejn il-Kunsill adotta l-ewwel sett ta' konklużjonijiet li speċifikaw l-aspettattivi tal-UE għall-Konferenza Ministerjali. Sussegwentement, il-Kummissjoni kkonsultat lill-istati membri regolarment dwar l-iżviluppi matul il-konferenza.

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' tħejjija

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 30 ta' Jannar 2025