Skip to content
  • Kunsill Affarijiet Barranin

Vidjokonferenza informali tal-ministri għall-affarijiet barranin, 16 ta' April 2024

Riżultati prinċipali

Il-ministri għall-affarijiet barranin tal-UE kellhom vidjokonferenza informali biex jiddiskutu l-aħħar żviluppi fil-Lvant Nofsani fid-dawl tal-attakk reċenti bi droni u missili mill-Iran kontra Iżrael.

<p>Josep Borrell, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà</p>

Nixtieq nuża l-istess kliem li uża s-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti: "Ir-reġjun jinsab f'xifer abbiss, u rridu nitbiegħdu minnu". [...]

Illum il-ministri ħadu pożizzjoni soda fejn talbu lill-atturi kollha fir-reġjun biex jitbiegħdu mill-abbiss, sabiex ma jaqgħux fih.

<p>Josep Borrell, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà</p>

Josep Borrell, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà

Wara l-vidjokonferenza, ir-Rappreżentant Għoli tal-UE għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà Josep Borrell enfasizza li d-diskussjoni ministerjali informali wriet l-unità tal-UE fil-kundanna qawwija tagħha tal-attakk mill-Iran, l-impenn tagħha għas-sigurtà ta' Iżrael, ir-rieda tagħha li tevita aktar eskalazzjoni, u fl-appell lin-naħat kollha biex jeżerċitaw trażżin.

Ir-Rappreżentant Għoli kkonferma li l-ħidma fil-ġimgħat li ġejjin ser tiffoka fuq iż-żieda tas-sensibilizzazzjoni tal-UE mas-sħab ewlenin kollha fir-reġjun u lil hinn minnu, u fuq miżuri restrittivi. Din tista' tinvolvi l-espansjoni tal-ambitu tar-reġim eżistenti mmirat lejn l-appoġġ militari tal-Iran għall-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna permezz ta' droni, biex tiġi inkluża l-possibbiltà li jiġu ssanzjonati missili Iranjani kif ukoll kunsinni ta' droni lil forzi bi prokura Iranjani fil-Lvant Nofsani.

Ir-Rappreżentant Għoli enfasizza bil-qawwa l-ħtieġa li Gaża ma tintesiex, u fakkar li ma hemm l-ebda possibbiltà li tinbena paċi dejjiema fir-reġjun jekk ma jissolviex il-kunflitt bejn Iżrael u l-Palestina. Għal din ir-raġuni jeħtieġ li l-UE tkompli taħdem lejn waqfien mill-ġlied immedjat u sostenibbli, il-ħelsien ta' ostaġġi tal-Ħamas, u l-indirizzar tas-sitwazzjoni umanitarja katastrofika f'Gaża.

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' eżitu

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 5 ta' Frar 2025