"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Barranin

Kunsill Affarijiet Barranin, 19 ta' Frar 2024

Riżultati prinċipali

Is-sitwazzjoni fil-Lvant Nofsani

Il-Kunsill Affarijiet Barranin nieda EUNAVFOR ASPIDES, l-operazzjoni difensiva tas-sigurtà marittima tal-UE maħsuba biex terġa' tistabbilixxi u tissalvagwardja l-libertà tan-navigazzjoni fil-Baħar l-Aħmar u fil-Golf.

Il-Kunsill imbagħad kellu diskussjoni dwar is-sitwazzjoni fil-Lvant Nofsani, b'enfasi fuq is-sitwazzjoni umanitarja. L-istati membri ddiskutew il-kwistjoni ta' pawża umanitarja immedjata, u ta' operazzjoni militari Iżraeljana ppjanata f'Rafah. Iddiskutew ukoll il-ħtieġa li Iżrael jagħmel aktar biex jiffaċilita l-għajnuna u jipproteġi l-popolazzjoni ċivili.

F'dan il-kuntest, il-ministri kellhom skambju ta' fehmiet mal-Koordinatur Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Għajnuna Umanitarja u r-Rikostruzzjoni għal Gaża, Sigrid Kaag. Il-parteċipanti ddiskutew magħha l-appoġġ għall-UNRWA, l-Aġenzija ta' Fondi u tax-Xogħol tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati tal-Palestina, u ġie enfasizzat li t-twaqqif tal-appoġġ ikun ifisser l-interruzzjoni tas-servizzi vitali pprovduti mill-aġenzija lill-popolazzjoni ċivili Palestinjana mhux biss f'Gaża, iżda wkoll fix-Xatt tal-Punent, il-Libanu u l-Ġordan.

Il-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna

Il-Ministri għall-Affarijiet Barranin tal-UE laqgħu l-intervent ta' Yulia Navalnaya, u taw ġieħ lill-memorja ta' Alexei Navalny. Is-Sa Navalnaya qasmet l-għarfien tagħha dwar il-livell ta' repressjoni tar-reġim ta' Putin u l-istat tal-oppożizzjoni politika fil-pajjiż.

Josep Borrell, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà
Ipproponejt lill-ministri biex iżidu isem Alexei Navalny mal-isem tar-reġim Globali tagħna ta' Sanzjonijiet b'rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem. Jekk jaqblu, dan ser jissejjaħ ir-"reġim Navalny dwar sanzjonijiet Globali b'rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem". Dan ser ikun mod kif il-memorja tiegħu tinżamm ħajja.
Josep Borrell, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà
Josep Borrell, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà

Il-Kunsill Affarijiet Barranin imbagħad iddiskuta l-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna, wara intervent b'vidjokonferenza mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Ukrajna Dmytro Kuleba, li informa lill-kontropartijiet tiegħu tal-UE dwar l-aħħar żviluppi fuq il-post ftit jiem qabel l-għeluq is-sentejn koroh mill-bidu tal-gwerra ta' aggressjoni ta' Putin kontra l-Ukrajna.

Ir-Rappreżentant Għoli ssottolinja kif Putin qed ikompli jpoġġi fil-mira objettivi ċivili u infrastruttura ċivili sabiex joħloq tbatija umana fost il-popolazzjoni u jisfida r-reżiljenza tagħha, u li l-UE ser tkompli tappoġġa lill-Ukrajna.

Id-diskussjoni tal-Kunsill imbagħad iffokat fuq l-impenji ta' sigurtà tal-UE u l-appoġġ militari lill-Ukrajna, u fuq il-mod kif l-UE tista' żżid il-forniment tagħha ta' munizzjon permezz ta' oqfsa bilaterali u Ewropej.

Il-ministri kellhom ukoll skambju ta' fehmiet dwar it-13-il pakkett ta' sanzjonijiet li għandu jiġi adottat qabel l-24 ta' Frar, u l-użu ta’ dħul imprevist iġġenerat mill-investiment ta’ assi Russi immobilizzati fl-UE.

Esprimejna s-solidarjetà tagħna mal-Prim Ministru tal-Estonja, u ma' politiċi u ċittadini oħra mill-istati membri tagħna li l-awtoritajiet Russi elenkaw bħala “mfittxija” u nedew psewdoinvestigazzjonijiet kriminali fir-rigward tagħhom. Din hija deċiżjoni terribbli u żżid il-lista twila ta' miżuri li r-Russja ħadet biex tipprova tintimida lil dawk li jiddenunzjaw il-ksur tad-dritt internazzjonali, tad-drittijiet tal-bniedem u tal-prinċipji demokratiċi, min-naħa tar-Russja. Josep Borrell, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà

Is-Saħel

Il-Kunsill Affarijiet Barranin kellu skambju ta' fehmiet dwar is-sitwazzjoni fis-Saħel u ddiskuta l-prinċipji gwida ta' approċċ tal-UE adattat għar-reġjun f'konformità mal-approċċ "Soluzzjonijiet Afrikani għall-problemi Afrikani":

  • it-tkomplija tal-għajnuna umanitarja b'appoġġ għall-popolazzjonijiet
  • it-tisħiħ tal-kooperazzjoni maċ-Chad, il-Mauritania u l-pajjiżi tal-Golf tal-Guinea
  • it-tkomplija tal-appoġġ għall-ECOWAS u l-atturi reġjonali
  • il-kisba ta' approċċ aktar tranżazzjonali
  • it-tisħiħ tal-komunikazzjonijiet strateġiċi tal-UE għall-ġlieda kontra n-narrattivi foloz kontra l-Punent

Il-Belarussja

Taħt ġrajjiet kurrenti, il-Kunsill Affarijiet Barranin semma' 'l-Belarussja u approva konklużjonijiet li jikkonfermaw l-appoġġ sod tal-UE għas-soċjetà ċivili, u li jikkundannaw ir-reġim attwali għar-repressjoni tiegħu tad-demokrazija, in-nuqqas ta' rispett għad-drittijiet tal-bniedem, u l-kompliċità fil-gwerra tar-Russja kontra l-Ukrajna.

Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika

Qabel il-bidu tal-Kunsill Affarijiet Barranin, il-ministri għall-affarijiet barranin tal-UE kellhom skambju informali ta' fehmiet ma' Rafael Grossi, Direttur Ġenerali tal-IAEA, li informa lill-ministri dwar iż-żjara reċenti tiegħu fl-Ukrajna u l-Impjant tal-Enerġija Nukleari ta' Zaporizhzhya kif ukoll dwar linji ta' ħidma aktar ġenerali tal-IAEA. Il-ministri rreferew ukoll għall-prospetti għal kollaborazzjoni aktar mill-qrib bejn l-UE u l-IAEA qabel l-ewwel Summit dwar l-Enerġija Nukleari li għandu jiġi organizzat fi Brussell fil-21 ta' Marzu 2024.

Il-Kunsill adotta wkoll, mingħajr diskussjoni, il-punti fuq il-lista ta' punti A mhux leġiżlattivi.

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' eżitu

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 5 ta' Frar 2025