"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.
Bil-permess tiegħek, ser nużaw cookies biex nipproduċu data aggregata anonima dwar in-navigazzjoni u l-imġiba tal-viżitaturi fuq is-sit web tagħna. Ser nużaw din id-data biex intejbu l-esperjenza tiegħek tan-navigazzjoni fuq is-sit web tagħna.
Kunsill Affarijiet Barranin (Difiża), 15 ta' Ottubru 2025
Riżultati ewlenin
Il-Kunsill Affarijiet Barranin bil-ministri għad-difiża kellu diskussjoni dwar il-pjan direzzjonali li jmiss għall-prontezza tad-difiża tal-UE, li mistenni jipprovdi objettivi u għanijiet ċari, kif ukoll stadji importanti konkreti dwar kif tista' tinkiseb il-prontezza tad-difiża tal-UE sal-2030.
Il-pjan direzzjonali ser jiġi adottat mill-Kulleġġ tal-Kummissarji fis-16 ta' Ottubru, u ser jiġi ppreżentat mir-Rappreżentant Għoli u mill-Kummissjoni lill-Kunsill Ewropew li jmiss fit-23 ta' Ottubru 2025.
Id-diskussjoni tal-Kunsill iffokat b'mod partikolari fuq: (i) kif tiġi indirizzata kemm jista' jkun malajr u bl-aktar mod effiċjenti l-mankanza ta' mezzi militari, (ii) liema proġetti ewlenin pan-Ewropej għandna niffukaw il-ħin u r-riżorsi fuqhom u (iii) kif tista' tissaħħaħ aktar il-kooperazzjoni mal-Ukrajna.
Dan huwa pjan direzzjonali b'objettivi konkreti, għanijiet konkreti u stadji importanti konkreti dwar kif tista' tinkiseb il-prontezza tad-difiża sal-2030. Naturalment, hemm il-kunċett ta' nazzjonijiet gwida, sabiex stati membri jkunu fuq quddiem f'dawn id-disa' oqsma ta' kapaċità differenti.
[...] Dak li hu estremament importanti huwa l-kwistjoni tad-droni u kif nistgħu verament niddefendu lill-Ewropa mill-attakki bid-droni, peress li huwa ċar għal kull stat membru li d-droni jistgħu jiġu minn kullimkien.
Kaja Kallas, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u President tal-Kunsill Affarijiet Barranin
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.