"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Barranin

Kunsill Affarijiet Barranin (Kummerċ), 24 ta' Novembru 2025

Riżultati ewlenin

Relazzjonijiet kummerċjali bejn l-UE u l-Istati Uniti

Waqt l-ikla ta' nofsinhar, il-ministri għall-kummerċ tal-UE kellhom skambju ta' fehmiet mas-Segretarju tal-Kummerċ tal-Istati Uniti Howard Lutnick u mar-Rappreżentant tal-Kummerċ tal-Istati Uniti Jamieson Greer.

Id-diskussjoni kienet tħares 'il quddiem u ffukat fuq ir-relazzjoni kummerċjali trans-Atlantika wara li ġiet konkluża d-Dikjarazzjoni Konġunta UE-Stati Uniti dwar il-kummerċ tal-21 ta' Awwissu 2025 u l-isfidi globali komuni marbuta, pereżempju, mal-kapaċitajiet żejda globali, ir-reżiljenza tal-katina tal-provvista u s-sigurtà ekonomika.

Lars Løkke Rasmussen, ministru għall-affarijiet barranin tad-Danimarka

Id-diskussjonijiet tal-lum irriaffermaw l-impenn komuni tal-UE u tal-Istati Uniti li jimplimentaw bis-sħiħ id-Dikjarazzjoni Konġunta ta' Awwissu u li jibnu fuq il-progress li għamilna biex niżguraw kummerċ stabbli, ġust u prevedibbli. Ninsabu determinati li nimxu ‘l quddiem flimkien, mingħajr ma ndgħajfu l-bilanċ tal-ftehim hekk kif inkomplu nindirizzaw l-isfidi komuni u nsaħħu r-rabtiet ekonomiċi tagħna.

Lars Løkke Rasmussen, ministru għall-affarijiet barranin tad-Danimarka

Lars Løkke Rasmussen, ministru għall-affarijiet barranin tad-Danimarka

Il-ministri u l-Kummissarju Šefčovič issottolinjaw li d-dikjarazzjoni konġunta reġgħet stabbiliet livell sinifikanti ta' prevedibbiltà u stabbiltà fil-kummerċ transatlantiku. Fl-istess ħin, enfasizzaw l-importanza li l-isfidi globali jiġu indirizzati flimkien. Iż-żewġ naħat affermaw mill-ġdid l-impenn tagħhom li jkomplu b'interazzjoni intensiva fix-xhur li ġejjin.

Disinn astratt b'elementi tal-bnadar tal-Istati Uniti u tal-UE u kontejners tal-merkanzija.

Kummerċ UE-Stati Uniti: fatti u ċifri (Infografika)

Relazzjonijiet kummerċjali bejn l-UE u ċ-Ċina

Il-ministri kellhom skambju ta' fehmiet dwar is-sitwazzjoni attwali u l-prospetti futuri għar-relazzjonijiet kummerċjali bejn l-UE u ċ-Ċina, f'kuntest ta' żbilanċi dejjem jiżdiedu. Il-Kunsill irrieżamina d-defiċit kummerċjali li qed jikber, ir-restrizzjonijiet li ilhom jeżistu fuq l-aċċess għas-suq u l-użu persistenti tal-kummerċ miċ-Ċina bħala lieva, anke permezz ta' kontrolli tal-esportazzjoni fuq materja prima kritika u restrizzjonijiet li jaffettwaw lis-semikondutturi.

Il-Kummissjoni tat aġġornament dwar l-interazzjoni reċenti tagħha mal-kontropartijiet Ċiniżi, fost oħrajn dwar il-kontrolli tal-esportazzjoni fuq elementi tal-materjali tal-art rari, li l-awtoritajiet Ċiniżi ssospendew globalment għal sena wara l-fehim bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina.

Il-ministri qablu li s-sospensjoni temporanja ma indirizzatx il-vulnerabbiltà sottostanti u enfasizzaw il-ħtieġa li tiġi aċċellerata d-diversifikazzjoni tas-sorsi tal-provvista, tiġi approfondita l-kooperazzjoni ma' sħab tal-istess fehma u tkompli tiġi implimentata l-istrateġija tal-UE għat-tneħħija tar-riskji.

Il-bnadar tal-UE u taċ-Ċina u globu, flimkien ma' xi muniti u vleġġa tiela' 'l fuq li jirrappreżentaw it-tkabbir ekonomiku.

Kummerċ bejn l-UE u ċ-Ċina: fatti u ċifri (Infografika)

Negozjati kummerċjali bilaterali li għaddejjin

Il-ministri evalwaw il-progress fin-network tal-UE ta' negozjati kummerċjali bilaterali li għaddejjin. Huma enfasizzaw l-importanza tad-diversifikazzjoni tal-kummerċ fil-kuntest attwali tal-instabbiltà u l-frammentazzjoni ġeoekonomika. Id-diskussjoni ffukat b'mod partikolari fuq l-Indja, fejn in-negozjati daħlu f'fażi kritika. Il-Kummissjoni ddeskriviet il-ħidma reċenti fuq ftehim kummerċjali possibbli li għandu l-għan li jiżgura eżitu kummerċjalment sinifikattiv fix-xhur li ġejjin.

Il-ministri ddiskutew l-elementi ewlenin ta' pakkett potenzjali, inkluż il-liberalizzazzjoni tat-tariffi għall-prodotti industrijali, it-tneħħija ta' ostakli mhux tariffarji, u l-ħtieġa li l-UE tiżgura mill-inqas l-istess livell ta' aċċess għas-suq li l-Indja tista' tagħti lil pajjiżi terzi oħra.

Matul id-diskussjoni, il-ministri esprimew ukoll l-appoġġ tagħhom għall-finalizzazzjoni rapida tal-ħidma fuq il-ftehimiet diġà nnegozjati u għat-tkomplija tal-impenn fin-negozjati li għaddejjin.

Affarijiet oħra

Taħt "affarijiet oħra", il-Kummissjoni Ewropea infurmat lill-ministri dwar ir-rapport annwali tagħha rigward l-implimentazzjoni u l-infurzar tal-politika kummerċjali tal-UE, u l-Kummissarju Šefčovič ippreżenta r-rapport ta' progress annwali tiegħu dwar is-simplifikazzjoni, l-implimentazzjoni u l-infurzar.

L-Estonja, il-Finlandja, il-Ġermanja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja u l-Iżvezja infurmaw lill-ministri dwar it-talbiet tagħhom għal proposta tal-Kummissjoni dwar tariffi addizzjonali fuq prodotti importati mir-Russja u l-Belarussja.

Il-Litwanja infurmat ukoll lill-ministri dwar is-sitwazzjoni fil-fruntiera mal-Belarussja wara l-attakk ibridu reċenti u l-aspetti kummerċjali tiegħu, inkluż l-għeluq tal-fruntiera u l-impatti fuq it-traffiku tal-merkanzija.

Mumenti għall-istampa

Negozjati kummerċjali tal-UE: illustrazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-Kunsill bi vleġġa li tindika l-Kummissjoni Ewropea u ikona ta' dokument li jirrappreżenta l-bidu tan-negozjati kummerċjali

Negozjati kummerċjali tal-UE (Infografika)

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' tħejjija

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 25 ta' Novembru 2025