"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Ġenerali

Kunsill Affarijiet Ġenerali, 21/04/2015, 21 ta' April 2015

Riżultati prinċipali  

Il-Presidenza infurmat lill-Kunsill dwar id-diskussjonijiet tal-ministri għall-affarijiet barranin u dawk għall-intern dwar kwistjonijiet ta’ migrazzjoni waqt laqgħa konġunta msejħa mir-Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u l-Presidenza fl-20 ta’ April 2015.

Minn intenzjonijiet tajbin issa rridu nimxu 'l quddiem lejn azzjoni konkreta. Edgars Rinkēvičs, Ministru għall-Affarijiet Barranin Latvjan 

Il-ministri laqgħu d-determinazzjoni akbar li tittieħed azzjoni dwar il-migrazzjoni, b’mod partikolari fir-rigward ta’ tliet oqsma ewlenin:

  • it-tisħiħ tal-ġlieda kontra l-faċilitazzjoni ta' dħul klandestin ta' persuni
  • it-tisħiħ tal-azzjoni tal-UE biex jiġu salvati l-ħajjiet fuq il-baħar
  • iż-żieda fil-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi 

Il-ministri qiesu li din id-diskussjoni kienet bażi tajba għall-Kunsill Ewropew straordinarju msejjaħ mill-President Donald Tusk dwar il-pressjonijiet migratorji fil-Mediterran fit-23 ta’ April 2015.

Il-Kunsill qabel li jżid il-ħlasijiet bil-quddiem taħt l-inizjattiva favur l-impjieg taż-żgħażagħ bi kważi €1 biljun fl-2015. Dan biex l-Istati Membri jkunu jistgħu jintroduċu malajr miżuri għall-ġlieda kontra l-qgħad fost iż-żgħażagħ.

"Iż-żieda sinifikanti fil-ħlasijiet bil-quddiem tirrifletti l-impenn qawwi tagħna biex jiġi indirizzat il-qgħad fost iż-żgħażagħ fl-Ewropa. Fil-fatt, in-nuqqas ta’ prefinanzjament huwa attwalment wieħed mill-ikbar ostakli li jipprevjenu li s-€6.4 biljun mill-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ jiġu mobilizzati malajr. Il-Presidenza Latvjana issa ser taħdem mal-Parlament Ewropew biex tiżgura li r-regoli l-ġodda jiġu adottati mill-aktar fis possibbli", qal Jānis Reirs, Ministru għall-Finanzi Latvjan.

Il-Kunsill irreveda l-qafas finanzjarju pluriennali tal-UE għall-2014-2020 biex jiġu ppreservati l-fondi għall-promozzjoni tat-tkabbir u l-impjiegi. "B’din ir-reviżjoni aħna lħaqna l-prekondizzjonijiet kollha sabiex ir-riżorsi allokati jistgħu jintużaw sal-massimu tagħhom u b’hekk tiġi żgurata implimentazzjoni bla xkiel ta’ programmi li jappoġġaw it-tkabbir u l-impjiegi,” qal Edgars Rinkēvičs.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ġenerali

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 8 ta' Jannar 2025