"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Ġenerali

Kunsill Affarijiet Ġenerali, 10/02/2015, 10 ta' Frar 2015

Riżultati ewlenin  

Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) tal-UE għall-2014-2020

Kellna diskussjoni produttiva ħafna dwar din il-proposta. Aħna ninsabu ottimisti li dalwaqt nilħqu ftehim li ser jippermetti lill-istati membri jużaw il-fondi ta’ investiment kif maqbul fir-Regolament dwar il-QFP. Ladarba l-Parlament Ewropew ikun ta l-kunsens tiegħu, il-Kunsill ser jadotta l-QFP. Edgars Rinkēvičs, Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Latvja u President tal-Kunsill

Il-Kunsill iddiskuta reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) tal-UE għall-2014-2020. L-għan tar-reviżjoni hu li l-UE titħalla tittrasferixxi € 21.1 biljun ta’ impenji mhux użati mill-2014 għas-snin sussegwenti. Dawn l-impenji baqgħu mhux użati fl-2014 minħabba l-adozzjoni tardiva tal-programmi tal-UE ġestiti flimkien mill-Kummissjoni u l-istati membri.

Ġlieda kontra t-terroriżmu

Fid-dawl tal-avvenimenti traġiċi f’Pariġi, il-ministri ddiskutew il-ġlieda kontra t-terroriżmu. Huma vvalutaw l-azzjonijiet meħuda s’issa u rriflettew dwar it-triq 'il quddiem. Huma approvaw wkoll ftehim mal-Parlament Ewropew dwar regoli ġodda għall-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu.

Programm ta' ħidma tal-Kummissjoni Ewropea għall-2015 

Il-Kunsill adotta konklużjonijiet li jilqgħu l-programm ta’ ħidma tal-Kummissjoni għall-2015 li jistipula għadd ta’ inizjattivi ta’ prijorità li b’mod ġenerali jirriflettu l-Aġenda Strateġika, adottata mill-Kunsill Ewropew f’Ġunju 2014.

F’diskussjoni matul l-ikla ta’ nofsinhar mal-Viċi President tal-Kummissjoni Timmermans, il-ministri esprimew tħassib dwar l-irtirar ippjanat mill-Kummissjoni tal-proposti tagħha dwar l-iskart u l-kwalità tal-arja. Il-Presidenza indikat li tinsab lesta li tkompli taħdem fuq dawn iż-żewġ proposti.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ġenerali

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 8 ta' Jannar 2025