- Kunsill Affarijiet Ġenerali
Kunsill Affarijiet Ġenerali, 23/06/2015, 23 ta' Ġunju 2015
Riżultati ewlenin
Kunsill Ewropew
Il-Kunsill għamel aktar progress fit-tħejjija tal-Kunsill Ewropew ta' Ġunju, inkluż permezz ta’ diskussjonijiet dwar sett rivedut ta’ abbozz ta’ konklużjonijiet.
Id-diskussjonijiet tagħna wrew biċ-ċar li l-istati membri kollha jixtiequ li l-Kunsill Ewropew li jmiss ikollu eżitu pożittiv Edgars Rinkēvičs, Ministru għall-Affarijiet Barranin Latvjan
Il-mexxejja tal-UE huma mistennija li jiffukaw fuq l-isfidi tal-migrazzjoni, is-sigurtà u l-affarijiet ekonomiċi fil-laqgħa tagħhom tal-25 u s-26 ta’ Ġunju fi Brussell. "Id-diskussjonijiet tagħna wrew biċ-ċar li l-istati membri kollha jixtiequ li l-Kunsill Ewropew li jmiss ikollu eżitu pożittiv. Issa għandna fehim aktar ċar mid-dibattitu tagħna dwar kif naslu għal fehma kondiviża dwar il-kwistjonijiet importanti li għandna quddiemna", qal Edgars Rinkēvičs, Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Latvja u President tal-Kunsill tal-UE.
L-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja
Bħala parti mill-affermazzjoni mill-ġdid tal-impenn kontinwu tal-UE mal-eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Kunsill adotta konklużjonijiet li jistabbilixxu l-fehmiet tiegħu dwar il-kriżi politika li għaddejja fil-pajjiż. Il-Kunsill ħeġġeġ lill-partijiet kollha biex jonoraw l-impenji li għamlu fit-2 ta’ Ġunju 2015 u biex jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet kollha tal-Kummissjoni.
- L-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (informazzjoni ġenerali)
- Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, 21 ta' April 2015
Aġenda għal regolamentazzjoni aħjar
Il-Kunsill iddiskuta l-aġenda għal regolamentazzjoni aħjar ippreżentata mill-Kummissjoni fid-19 ta’ Mejju 2015. Il-Ministri qiesu l-ħidma fil-Kunsill, partikolarment fir-rigward tal-ftehim interistituzzjonali li għandu jiġi nnegozjat bejn il-Kunsill, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni. Il-Ministri ddiskutew ukoll il-kontenut tal-aġenda għal regolamentazzjoni aħjar u aktar wiesgħa mill-perspettiva partikolari tan-negozji u ċ-ċittadini. Wieħed mill-għanijiet ewlenin tal-aġenda għal regolamentazzjoni aħjar huwa li jiġi żgurat li l-politiki u l-liġijiet tal-UE jilħqu l-objettivi tagħhom bi spiża minima.
Komunikazzjoni strateġika
Waqt l-ikla ta’ nofsinhar, kien hemm skambju ta’ fehmiet b’segwitu għall-Kunsill Ewropew ta’ Marzu li ffoka fuq il-komunikazzjoni strateġika.
Dokumenti tal-laqgħat
Dokumenti ta' eżitu
- Aġenda proviżorja, Kunsill Affarijiet Ġenerali, 23 ta’ Ġunju 2015
- Lista ta’ punti A, deliberazzjonijiet leġislattivi, Kunsill Affarijiet Ġenerali, 23 ta’ Ġunju 2015
- Lista ta’ punti A, attivitajiet mhux leġislattivi, Kunsill Affarijiet Ġenerali, 23 ta’ Ġunju 2015
- Background brief
- Lista ta' parteċipanti
Stqarrijiet għall-istampa
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Dimosthenis Mammonas Press officer
- +32 477 61 20 77
- +32 2 281 2504
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
- Hashtag fuq X: #GAC
Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ġenerali
Ara laqgħat oħrajnL-aħħar reviżjoni: 8 ta' Jannar 2025