"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Ġenerali

Kunsill Affarijiet Ġenerali, 21 ta' Ġunju 2022

Riżultati ewlenin

Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa

Il-ministri kellhom diskussjoni inizjali dwar is-sustanza tal-proposti tar-rapport finali tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa, ibbażata b'mod partikolari fuq l-analiżi mwettqa mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill. Il-Kummissjoni ppreżentat ukoll il-komunikazzjoni tagħha f'dan ir-rigward.

Dan ir-rapport finali, li ġie ppreżentat lit-tliet kopresidenti tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa fiċ-ċerimonja tal-għeluq tal-Konferenza fid-9 ta' Mejju, jinkludi 49 proposta maqsuma fi 326 miżura. Il-ħidma ser tkompli tistabbilixxi l-arranġamenti prattiċi għall-implimentazzjoni ta' dawn il-proposti.

Clément Beaune, ministru delegat għall-Ewropa
Matul perjodu ta' sena, il-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa mmobilizzat lil ċittadini Ewropej għal eżerċizzju bla preċedent ta' konsultazzjonijiet u riflessjonijiet. Il-proposti li rriżultaw minn dan l-eżerċizzju jistħoqqilhom rispons. Illum għamilna l-ewwel pass f'din id-direzzjoni.
Clément Beaune, ministru delegat għall-Ewropa
Clément Beaune, ministru delegat għall-Ewropa

Fiċ-ċerimonja tal-għeluq fid-9 ta' Mejju 2022, il-kopresidenti affermaw mill-ġdid, f'isem kull waħda mill-istituzzjonijiet tagħhom, l-impenn kollettiv li sar fiż-żmien tal-adozzjoni tad-Dikjarazzjoni Konġunta fl-2021 biex jingħata segwitu għall-proposti tal-Konferenza, fil-limiti tal-isfera ta' kompetenza tagħhom stess u f'konformità mat-Trattat.

Kunsill Ewropew (23 u 24 ta' Ġunju)

Il-ministri ħejjew il-laqgħa li jmiss tal-Kunsill Ewropew tat-23 u l-24 ta' Ġunju. F'din il-laqgħa tal-Kunsill Ewropew, il-mexxejja tal-UE ser jiddiskutu d-dimensjonijiet differenti tas-sitwazzjoni kkawżata mill-aggressjoni militari Russa kontra l-Ukrajna. Huma ser jeżaminaw ukoll l-applikazzjonijiet tal-Ukrajna, il-Georgia u l-Moldova biex jissieħbu mal-Unjoni Ewropea u jorganizzaw dibattitu strateġiku dwar ir-relazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea mas-sħab tagħha fl-Ewropa. Huma ser jiddiskutu wkoll is-sitwazzjoni ekonomika u s-segwitu għall-proposti li saru mill-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa.

Semestru Ewropew 2022

Il-ministri approvaw ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi tal-2022, li fihom gwida politika speċifika għall-pajjiżi dwar ir-riformi makroekonomiċi, fiskali u baġitarji, u għaddewhom lill-Kunsill Ewropew għall-approvazzjoni.

Is-Semestru Ewropew huwa ċiklu ta' koordinazzjoni tal-politika ekonomika, fiskali, soċjali u tax-xogħol fl-UE. Huwa parti mill-qafas tal-governanza ekonomika tal-Unjoni Ewropea.

Matul is-Semestru Ewropew l-istati membri jallinjaw il-politika baġitarja u ekonomika tagħhom mar-regoli miftiehma fil-livell tal-UE.

Illustrazzjonijiet tal-kronoloġija tas-Semestru Ewropew, ċarts ekonomiċi u munzell ta' flus

Semestru Ewropew (Infografika)

Trasparenza u mmirar tar-reklamar politiku

F'sessjoni pubblika, il-presidenza tat aġġornament dwar il-ħidma mwettqa mill-bidu tas-semestru dwar il-proposta għal regolament dwar it-trasparenza u l-immirar tar-reklamar politiku u ppreżentat ir-riflessjonijiet tagħha għal aktar ħidma.

Il-proposta għal regolament ġiet ippreżentata mill-Kummissjoni fil-25 ta' Novembru 2021. Dan huwa wieħed miż-żewġ elementi ewlenin tal-pakkett "Demokrazija u integrità tal-elezzjonijiet Ewropej", bir-reviżjoni tar-regolament dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi, li għalih il-Kunsill adotta l-mandat tiegħu f'Marzu 2022 fid-dawl tad-diskussjonijiet li jmiss mal-Parlament.

Reġjuni ultraperiferiċi

Il-Kunsill approva l-konklużjonijiet dwar ir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni, li jibnu fuq il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni "Inpoġġu lin-nies l-ewwel, niżguraw tkabbir sostenibbli u inklużiv, nilliberaw il-potenzjal taż-żoni ultraperiferiċi tal-UE". Din l-istrateġija mġedda għandha l-għan mhux biss li twieġeb għall-isfidi li jiffaċċjaw ir-reġjuni ultraperiferiċi, iżda wkoll li tenfasizza l-assi tagħhom, sabiex tippromwovi l-iżvilupp armonjuż tagħhom.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ġenerali

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 8 ta' Jannar 2025