Skip to content
  • Summit Internazzjonali

Assemblea Ġenerali tan-NU, New York, 18-22/09/2016, 18-22 ta' Settembru 2016

Donald Tusk, il-President tal-Kunsill Ewropew, tkellem f’isem l-UE fil-71 Assemblea Ġenerali tan-NU (AĠNU) fil-21 ta’ Settembru. Id-diskors tiegħu lill-assemblea ffoka fuq:

  • ir-rispons tal-Ewropa għall-kriżi tar-refuġjati u l-ħtieġa għal solidarjetà globali
  • il-bini ta’ strateġija u netwerk globali kontra t-terroriżmu
  • l-impenn attiv tal-UE biex tinġieb il-paċi f’żoni fejn qed taħkem il-gwerra jew fejn din hija imminenti, inkluż l-Ukrajna, is-Sirja, il-Libja u l-Afganistan
  • l-impenn sħiħ tal-UE fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima

Fid-19 ta’ Settembru, Tusk ħa sehem fil-laqgħa ta’ livell għoli tan-NU dwar l-indirizzar ta’ movimenti kbar ta’ refuġjati u migranti. "Il-migrazzjoni globali ser takkumpanjana fil-ġejjieni," stqarr, "u aħna għandna s-setgħa niddeċiedu jekk il-ġejjieni tagħna f'dan il-kuntest huwiex ser ikun wieħed ordnat, stabbli u sigur; jew inkella wieħed diżordinat, instabbli u mhux sigur.”

Fl-20 ta’ Settembru, il-President Tusk attenda s-summit tal-mexxejja dwar il-kriżi globali tar-refuġjati ospitat mill-President tal-Istati Uniti Barack Obama. Dan l-avveniment kellu l-għan li jinkisbu impenji globali ġodda biex jiżdied il-finanzjament umanitarju, jiġu aċċettati aktar refuġjati permezz ta’ rotot legali u jiżdiedu l-awtosuffiċjenza u l-inklużjoni tar-refuġjati.

Fil-marġni tal-AĠNU, iltaqa' wkoll, b'mod bilaterali, ma' għadd ta' mexxejja oħra.

Prijoritajiet tal-UE għall-Assemblea Ġenerali tan-NU

F’Lulju, il-Kunsill adotta prijoritajiet tal-UE għan-NU u l-71 sessjoni tal-AĠNU li jiffokaw fuq:

  • iż-żamma tal-paċi, il-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-ħidma dwar id-diżarm u n-nonproliferazzjoni
  • l-indirizzar ta’ kwistjonijiet bħall-flussi migratorji u tar-refuġjati, is-sistema ta’ għajnuna umanitarja jew il-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem
  • l-implimentazzjoni tal-ftehimiet milħuqa matul is-sena li għaddiet, inkluż dwar l-iżvilupp u t-tibdil fil-klima

Programm tal-President Tusk

(ħin lokali)

Laqgħa mas-Segretarju Ġenerali tan-NU, Ban Ki-moon

Il-Viċi President tal-Kummissjoni tal-UE Frans Timmermans attenda wkoll għal-laqgħa.

Il-President Tusk jiltaqa’ mas-SĠNU Ban Ki-moon fi New York qabel l-AĠNU

Ċerimonja tal-ftuħ tal-Laqgħa Plenarja ta’ Livell Għoli dwar l-indirizzar ta’ movimenti kbar ta’ refuġjati u migranti

Laqgħa mal-President Eġizzjan Abdel Fattah el-Sisi

Ir-Rappreżentant Għoli Federica Mogherini wkoll attendiet għal-laqgħa.

Laqgħa mal-President tal-Eġittu Fattah el-Sissi fi New York, 19 ta’ Settembru

Laqgħa mal-Prim Ministru ta’ New Zealand John Key

Il-President Donald Tusk jiltaqa' mal-Prim Ministru ta' New Zealand John Key fi New York

Diskors fil-Laqgħa Plenarja ta’ Livell Għoli

Laqgħa mal Prim Ministru tal-Kosovo Isa Mustafa

Il-President Donald Tusk jiltaqa’ mal-Prim Ministru tal-Kosovo Isa Mustafa fi New York

Laqgħa mal-Prim Ministru tan-Norveġja Erna Solberg

Il-President Donald Tusk jiltaqa’ mal-Prim Ministru tan-Norveġja Erna Solberg fi New York

Laqgħa mal-President tal-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja Gjorge Ivanov

President Donald Tusk meets with President of the former Yugoslav Republic of Macedonia Gjorge Ivanov

Ftuħ tal-71 Assemblea Ġenerali tan-NU

Laqgħa maċ-Chairman tal-Presidenza tal-Bożnija-Ħerzegovina Bakir Izetbegović

Il-President Donald Tusk jiltaqa’ maċ-Chairman tal-Presidenza tal-Bożnija-Ħerzegovina Bakir Izetbegović fi New York

Laqgħa mal-Prim Ministru tal-Awstralja Malcolm Turnbull

Il-President Donald Tusk jiltaqa’ mal-Prim Ministru tal-Awstralja Malcolm Turnbull fi New York

Ikla ospitata mis-Segretarju Ġenerali tan-NU, Ban Ki-moon

Summit tal-mexxejja dwar il-kriżi globali tar-refuġjati

Diskors waqt is-Summit tal-mexxejja dwar il-kriżi globali tar-refuġjati

Riċeviment fid-delegazzjoni tal-UE għan-NU

Diskors waqt id-dibattitu tal-71 Assemblea Ġenerali tan-NU

Laqgħa mal-Prim Ministru tal-Iraq, Haider al-Abadi

Il-President Donald Tusk jiltaqa’ mal-Prim Ministru tal-Iraq Haider al-Abadi fi New York

Laqgħa mal-Prim Ministru tal-Bangladesh Sheikh Hasina

Il-President Donald Tusk jiltaqa’ mal-Prim Ministru tal-Bangladesh Sheikh Hasina fi New York

Laqgħa mal-Prim Ministru tar-Repubblika tal-Moldova, Pavel Filip

Il-President Donald Tusk jiltaqa’ mal-Prim Ministru tar-Repubblika tal-Moldova Pavel Filip fi New York

Laqgħa mal-Prim Ministru tal-Georgia Giorgi Kvirikashvili

Il-President Donald Tusk jiltaqa’ mal-Prim Ministru tal-Georgia Giorgi Kvirikashvili fi New York

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Summit Internazzjonali

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 9 ta' Jannar 2025