Skip to content
  • Summit Internazzjonali

Summit UE-Ukrajna, Brussell, 24/11/2016, 24 ta' Novembru 2016

Nhar il-Ħamis 24 ta' Novembru Donald Tusk, il-President tal-Kunsill Ewropew, ospita t-18-il summit bejn l-UE u l-Ukrajna. Huwa rrappreżenta lill-UE flimkien ma' Jean-Claude Juncker, il-President tal-Kummissjoni Ewropea. Il-President Petro Poroshenko rrappreżenta lill-Ukrajna.

Riformi

Id-diskussjonijiet tal-mexxejja ffokaw fuq ir-riformi fl-Ukrajna. Mill-aħħar summit tal-2015 ’l hawn l-Ukrajna ħadmet fuq aġenda ta’ riforma ambizzjuża, b'appoġġ qawwi mill-UE.

“Inqisu pożittivi ħafna l-isforzi tal-awtoritajiet Ukreni, inkluż dawk tal-President Poroshenko, biex jimplimentaw riformi fuq skala kbira f’kundizzjonijiet diffiċli ħafna. Is-suċċess tal-Ukrajna ser ikun is-suċċess tal-Ewropa kollha," qal il-President Donald Tusk waqt il-konferenza stampa wara s-summit.

Is-summit ta’ Novembru kkonferma €104 miljun oħra b’appoġġ għar-riforma tal-amministrazzjoni pubblika. Ir-rappreżentanti tal-UE u tal-Ukrajna ffirmaw ukoll:

  • il-ftehim ta’ finanzjament 'Inizjattiva tal-UE Kontra l-Korruzzjoni fl-Ukrajna' (appoġġ ta' €15-il miljun)
  • Memorandum ta' Qbil għal Sħubija Strateġika dwar l-Enerġija bejn l-UE u l-Ukrajna

Liberalizzazzjoni tal-viża

Is-summit kien opportunità biex jintlaqgħu l-passi li ttieħdu dan l-aħħar lejn ivvjaġġar mingħajr viża għaċ-ċittadini Ukreni meta jivvjaġġaw lejn l-UE u viċe versa. Fis-17 ta’ Novembru l-Kunsill laħaq qbil dwar il-pożizzjoni tiegħu, li juri l-impenn tiegħu għal-liberalizzazzjoni tal-viża għall-Ukrajna, qabel in-negozjati mal-Parlament Ewropew.

“Ninsab kuntent li l-Istati Membri kollha tal-UE ddeċidew li l-Ukrajna hija lesta għal reġim mingħajr viża. Din id-deċiżjoni hija rikonoxximent tal-kisbiet tal-Ukrajna fl-ilħuq tal-istandards Ewropej", qal il-President Tusk.

Kriżi u konflitt

Il-mexxejja tal-UE u tal-Ukrajna ddiskutew ukoll l-implimentazzjoni tal-ftehimiet ta’ Minsk.

“L-Ewropa għandha tagħmel dak kollu li tista' biex tiżgura li l-indipendenza, is-sovranità u l-istabbiltà tal-Ukrajna jinżammu,” qal il-President Tusk. “Aħna nkomplu nappoġġaw il-proċess ta’ Minsk u s-sanzjonijiet tagħna huma marbutin mal-implimentazzjoni sħiħa tal-ftehimiet ta’ Minsk,” żied jgħid.

Fi tmiem il-laqgħa l-President tal-Ukrajna stieden lill-mexxejja tal-UE biex imorru Kiev għas-Summit UE-Ukrajna li jmiss fl-2017.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Summit Internazzjonali

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 9 ta' Jannar 2025