Skip to content
  • Summit Internazzjonali

Summit UE-Kanada, Brussell, 30/10/2016, 30 ta' Ottubru 2016

Riżultati ewlenin

Fit-30 ta’ Ottubru 2016, il-mexxejja tal-UE u l-Prim Ministru Kanadiż iltaqgħu fi Brussell għas-16-il summit bejn l-UE u l-Kanada.

Donald Tusk, President tal-Kunsill Ewropew, Jean-Claude Juncker, President tal-Kummissjoni Ewropea, Robert Fico, Prim Ministru tas-Slovakkja li għandha l-Presidenza b’rotazzjoni tal-Kunsill, and Justin Trudeau, Prim Ministru tal-Kanada fis-summit iffirmaw il-Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv (CETA) bejn l-UE u l-Kanada.

Is-CETA huwa l-aktar ftehim kummerċjali komprensiv u progressiv bejn l-UE u l-Kanada. Huwa jneħħi aktar minn 99 % tat-tariffi li bħalissa qed ixekklu l-kummerċ bejn l-UE u l-Kanada. Huwa mistenni li jżid il-kummerċ bilaterali bi €12-il biljun fis-sena u li jiġġenera tkabbir u impjiegi ġodda fuq iż-żewġ naħat tal-Atlantiku.

Il-mexxejja ffirmaw ukoll il-Ftehim ta’ Sħubija Strateġika (SPA). L-SPA jsaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Kanada f’oqsma bħall-politika barranija, il-maniġġar tal-kriżijiet, is-sigurtà u d-difiża, l-enerġija u l-klima, il-mobbiltà mtejba u l-iskambji bejn il-persuni.

Huma adottaw ukoll dikjarazzjoni konġunta dwar is-sħubija bejn l-UE u l-Kanada.

Fid-dikjarazzjoni konġunta l-mexxejja impenjaw ruħhom li jsaħħu l-kooperazzjoni internazzjonali bejn l-UE u l-Kanada u f’diversi fora internazzjonali u dwar diversi kwistjonijiet:

Ukrajna

B’mod partikolari, huma kkundannaw l-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol mill-Federazzjoni Russa. Huma enfasizzaw l-impenn tagħhom għas-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukrajna u appellaw lill-partijiet kollha biex jimplimentaw il-Ftehim ta’ Minsk.

Sirja

Il-mexxejja appellaw għal waqfien tal-ostilitajiet u għal sforzi biex tinstab soluzzjoni politika. Huma tennew l-appoġġ tagħhom għall-ħidma tal-mibgħut speċjali tan-NU de Mistura fl-isforzi tiegħu biex iwitti t-triq għall-issoktar tat-taħditiet interni tas-Sirja.

Migrazzjoni u refuġjati

L-UE u l-Kanada enfasizzaw il-ħtieġa għal kondiviżjoni globali tal-piż fl-indirizzar tal-kriżi tal-migrazzjoni u tar-refuġjati. Iż-żewġ partijiet ser isaħħu l-kooperazzjoni tagħhom f’dan il-qasam. L-UE laqgħet l-isforzi tal-Kanada għar-risistemazzjoni ta’ refuġjati Sirjani.

Wieħed mill-eżiti tas-summit kien it-tneħħija tar-rekwiżiti tal-viża għaċ-ċittadini kollha tal-UE inkluża d-deċiżjoni mill-Kanada li tneħħi r-rekwiżiti għaċ-ċittadini Bulgari u Rumeni lejn tmiem l-2017.

 

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' eżitu

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Summit Internazzjonali

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 9 ta' Jannar 2025