- Summit Internazzjonali
Konferenza fi Brussell dwar l-Afganistan, 04-05/10/2016, 4 u 5 ta' Ottubru 2016
Riżultati ewlenin
Fil-5 ta’ Ottubru, l-Unjoni Ewropea u l-gvern tal-Afganistan ospitaw b’mod konġunt il-Konferenza ta’ Brussell dwar l-Afganistan. Din il-konferenza laqqgħet 75 pajjiż u 26 organizzazzjoni u aġenzija internazzjonali.
Il-parteċipanti approvaw l-aġenda ta’ riforma ambizzjuża ppreżentata mill-Gvern Afgan. Huma impenjaw ruħhom li jiżguraw li jitkompla l-appoġġ politiku u finanzjarju internazzjonali għall-Afganistan matul l-erba’ snin li ġejjin. Is-somma totali imwegħda mill-komunità internazzjonali hija US$15.2 biljun (+/- €13.6 biljun). L-UE u l-istati membri tagħha wegħdu US$5.6 biljun (+/- €5 biljun). Dan huwa livell eċċezzjonali ta’ finanzjament li jiżgura li l-Afganistan ser jibqa’ sod fit-triq lejn stabbiltà politika u ekonomika, il-bini tal-istat u l-iżvilupp. Il-partijiet reġjonali kkonċernati u l-komunità internazzjonali affermaw mill-ġdid ukoll l-impenn tagħhom għal proċess politiku li jwassal għal paċi dejjiema u rikonċiljazzjoni.
“Il-Konferenza ta’ Brussell dwar l-Afganistan esprimiet impenn internazzjonali impressjonanti. B’dan l-appoġġ, ninsab ċert li l-gvern Afgan ser ikun wieħed ta’ suċċess. L-investiment fil-poplu Afgan huwa eżempju ta’ investiment fl-istabbiltà internazzjonali u fil-preżent u l-ġejjieni tagħna stess. Il-konferenza kienet ta’ suċċess kbir, kemm finanzjarjament kif ukoll politikament, u dan ser jagħti spinta ġdida ta’ enerġija meħtieġa għall-ġejjieni tal-Afganistan.” Federica Mogherini, Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà.
"Saret wegħda. It-twettiq tal-wegħda ma jiddependix fuq il-komunità internazzjonali iżda fuq il-poplu Afgan. Din ser tissarraf f’baġit u distribuzzjoni, u aktar tard fi programmi u proġetti. Din hija wegħda lill-fqar, liż-żgħażagħ, lin-nisa, u lill-esklużi li huma ser ikunu ċittadini ta’ Stat li ser jieħdu pjaċir jgħixu u jirnexxu fih” Ashraf Ghani, President tal-Afganistan fil-konferenza stampa finali
Is-sessjoni tal-ftuħ tal-konferenza kienet tinkludi diskorsi mill-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk, il-President tal-Afganistan Ashraf Ghani, is-Segretarju Ġenerali tan-NU Ban Ki-moon u s-Segretarju tal-Istat tal-Istati Uniti John Kerry.
Il-Gvern Afgan imbagħad ippreżenta l-programm ta’ riforma tiegħu b’appoġġ qawwi għall-bini ta’ stat u istituzzjonijiet immexxija mill-Afgani matul l-erba’ snin li ġejjin.
- Afghanistan national peace and development framework (ANPDF), 2017 to 2021
- Self-reliance through mutual accountability framework
Id-dikjarazzjonijiet tal-parteċipanti ġew ippreżentati lill-Konferenza. Is-sessjoni tal-filgħodu kienet ippreseduta mir- Rappreżentant Għoli tal-UE Federica Mogherini u l-Ministru għall-Affarijiet Barranin Afgan Salahuddin Rabbani. Is-sessjoni ta’ wara nofsinhar kien ippreseduta mill-Ministru għall-Finanzi Afgan Eklil Hakimi u mill-Kummissarju Ewropew għall-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp Neven Mimica.
Żewġ rappreżentanti tas-soċjetà ċivili Afgana indirizzaw il-konferenza wkoll, u fakkru li r-responsabbiltà aħħarija hija tal-poplu Afgan.
Il-Konferenza ġiet konkluża b’kummenti tal-għeluq mill-Kap Eżekuttiv Abdullah Abdullah, mir-Rappreżentant Għoli Federica Mogherini u mill-Kummissarju Ewropew għall-Kooperazzjoni Internazzjonali u l-Iżvilupp Neven Mimica.
Avvenimenti paralleli
Nhar it-Tlieta 4 ta’ Ottubru, saru avvenimenti ta’ livell għoli dwar l-emanċipazzjoni tan-nisa fl-Afganistan u dwar kooperazzjoni ekonomika reġjonali.
Aqra l-istqarrija għall-istampa dwar iż-żewġ avvenimenti ta’ livell għoli:
Programm
Wasla tad-delegazzjonijiet
Sessjoni ta' bidu
- Diskors tal-ftuħ mir-Rappreżentant Għoli Federica Mogherini fil-Konferenza ta' Brussell dwar l-Afganistan
- Remarks by President Donald Tusk at the Brussels Conference on Afghanistan
- H.E. President Mohammad Ashraf Ghani’s Remarks, Brussels Conference on Afghanistan
- Kummenti mis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Konferenza ta' Brussell dwar l-Afganistan
- Speech by US Secretary of State John Kerry at the Brussels Conference on Afghanistan
Ritratt tal-grupp
Preżentazzjonijiet
Preżentazzjoni mill-gvern Afgan tal-Qafas Nazzjonali ta' Paċi u Żvilupp u l-Qafas rivedut ta' Responsabbiltà Reċiproka għall-Awtodipendenza.
Preżentazzjoni tal-prospetti ekonomiċi mill-Bank Dinji.
Dikjarazzjonijiet bilaterali
Dikjarazzjonijiet minn rappreżentanti ta' gvernijiet u organizzazzjonijiet sħab.
Ippreseduta mir-Rappreżentant Għoli tal-UE għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà Federica Mogherini u l-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Afganistan Salahuddin Rabbani.
Ikla ta' nofsinhar
Dikjarazzjoni konġunta tas-soċjetà ċivili Afgana
Dikjarazzjonijiet bilaterali
Dikjarazzjonijiet minn rappreżentanti ta' gvernijiet u organizzazzjonijiet sħab.
Ippreseduta mill-Ministru tal-Finanzi tal-Afganistan Eklil Hakimi u l-Kummissarju Ewropew għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Internazzjonali Neven Mimica.
Dokumenti tal-laqgħat
Stqarrijiet għall-istampa
- Brussels Conference on Afghanistan: main results
- 05/10/2016
- Il-Konferenza ta' Brussell dwar l-Afganistan, sħubija għall-prosperità u l-paċi: stqarrija tal-parteċipanti
- 05/10/2016
- Remarks by President Donald Tusk at the Brussels Conference on Afghanistan
- 05/10/2016
- Brussels Conference on Afghanistan, 5 October 2016 - participants list
- 04/10/2016
- Indicative programme - Brussels Conference on Afghanistan, 4-5 October 2016
- 29/09/2016
- L-UE u l-Afganistan ser jospitaw b’mod konġunt il-Konferenza ta’ Brussell dwar l-Afganistan fl-4-5 ta’ Ottubru 2016
- 27/09/2016
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Symeon Piperidis Press officer
- +32 478 83 12 21
- +32 2 281 84 72
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
Laqgħat oħra: Summit Internazzjonali
Laqgħat li seħħew
L-aħħar reviżjoni: 7 ta' Frar 2024