- Summit Internazzjonali
Laqgħa bejn il-mexxejja tal-UE u t-Turkija, 9 ta' Marzu 2020
Fid-9 ta' Marzu, il-Presidenti Charles Michel u Ursula von der Leyen iltaqgħu mal-President Recep Tayyip Erdoğan fi Brussell. Il-mexxejja ddiskutew ir-relazzjonijiet bilaterali, l-implimentazzjoni tad-dikjarazzjoni UE-Turkija dwar il-migrazzjoni, is-sigurtà u l-istabbiltà fir-reġjun u l-kriżi fis-Sirja.
Il-laqgħa tal-lum mal-President Erdoğan hija pass importanti fid-direzzjoni t-tajba. Jeħtieġ li kemm it-Turkija kif ukoll l-UE jaħdmu fuq l-implimentazzjoni sħiħa tad-dikjarazzjoni UE-Turkija dwar il-migrazzjoni sabiex is-sitwazzjoni ma tkomplix tiggrava. Charles Michel, President tal-Kunsill Ewropew
Rigward id-dikjarazzjoni UE-Turkija, il-mexxejja ddeċidew li jinkarigaw lil Josep Borrell, ir-Rappreżentant Għoli, u l-kontroparti tiegħu fit-Turkija, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin, biex jaħdmu fil-jiem li ġejjin biex jiċċaraw l-implimentazzjoni tal-ftehim bejn it-Turkija u l-Unjoni Ewropea. Dan ser jiżgura li ż-żewġ naħat jinterpretaw id-dikjarazzjoni bl-istess mod u ser jgħin biex jinżamm id-djalogu politiku mat-Turkija fil-jiem li ġejjin.
Iċċarajna għadd ta' pożizzjonijiet, interpretazzjonijiet u kummenti relatati mal-implimentazzjoni tad-dikjarazzjoni; b'mod partikolari, kellna l-opportunità li nuru kif l-Unjoni Ewropea implimentat l-impenji finanzjarji tagħha, fosthom il-wegħda li jiġi mmobilizzat total ta' €6 biljun biex jiġu appoġġati r-refuġjati li jinsabu fit-Turkija. Charles Michel, President tal-Kunsill Ewropew
Il-mexxejja ddiskutew ukoll kwistjonijiet ta' sigurtà fir-reġjun, speċjalment fis-Sirja. Il-President Michel enfasizza li l-UE ser tappoġġa kwalunkwe soluzzjoni politika li tista' twassal għal aktar stabbiltà. Huwa esprima wkoll tħassib dwar is-sitwazzjoni umanitarja f'Idlib u dwar il-fruntiera bejn it-Turkija u s-Sirja, u ddikjara li l-UE lesta tipprovdi appoġġ f'dik iż-żona.
Il-laqgħa saret wara ż-żjara tal-President Michel f'Ankara fl-4 ta' Marzu 2020.
Sfond
Id-dikjarazzjoni UE-Turkija ġiet maqbula fit-18 ta' Marzu 2016 bejn il-mexxejja tal-UE u l-kontroparti Torka tagħhom, il-Prim Ministru tat-Turkija. Din kienet maħsuba biex twaqqaf il-fluss ta' migrazzjoni irregolari li jgħaddi mit-Turkija lejn l-Ewropa, biex b'hekk jitkisser il-mudell kummerċjali tal-faċilitaturi ta' dħul klandestin u toffri alternattiva lill-migranti li jipperikolaw ħajjithom.
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Symeon Piperidis Press officer
- +32 478 83 12 21
- +32 2 281 84 72
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
Laqgħat oħra: Summit Internazzjonali
Laqgħat li seħħew
L-aħħar reviżjoni: 14 ta' Jannar 2025