"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.
Bil-permess tiegħek, ser nużaw cookies biex nipproduċu data aggregata anonima dwar in-navigazzjoni u l-imġiba tal-viżitaturi fuq is-sit web tagħna. Ser nużaw din id-data biex intejbu l-esperjenza tiegħek tan-navigazzjoni fuq is-sit web tagħna.
Konferenza tan-NU dwar it-tibdil fil-klima (COP 25), 02/12/2019, 2 ta' Diċembru 2019
Charles Michel, President tal-Kunsill Ewropew, irrappreżenta lill-UE fil-konferenza tan-NU dwar il-klima (COP25) flimkien mal-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen.
Il-President Michel afferma mill-ġdid l-ambizzjoni tiegħu li jagħmel lill-Ewropa l-ewwel kontinent newtrali mil-lat ta’ klima sal-2050. Huwa ħeġġeġ ukoll favur l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Pariġi.
Il-President Michel appella għal rivoluzzjoni ħadra biex tikkumbatti t-tibdil fil-klima filwaqt li tappoġġa l-ħolqien tal-impjiegi, l-innovazzjoni u kwalità tal-ħajja għolja:
Charles Michel talab għal bidla drammatika biex tiġi indirizzata l-emerġenza tal-klima
"Ma naqblux li klima b’saħħitha u żvilupp b’saħħtu ma jmorrux flimkien. Jista' jkollna t-tnejn. Fil-fatt, it-tnejn jgħinu lil xulxin. L-Ewropa wriet li jista' jkollok ekonomija li qed tikber, filwaqt li tnaqqas l-emissjonijiet. Li 'tagħżel l-aħdar' m'għandux ikun ifisser li 'tagħżel li tfalli'."
Il-President Charles Michel waqt il-konferenza tan-NU dwar il-klima, COP25
Huwa enfasizza wkoll il-ħtieġa li wieħed ikun ġust u soċjalment bilanċjat, billi jikkunsidra li mhux il-pajjiżi kollha telqu mill-istess pożizzjoni.
"Bosta mexxejja Ewropej appellaw lill-Kummissjoni biex tipproponi Patt Ekoloġiku Ewropew ġdid b’miżuri konkreti u dan ser ikun 'waqfien mill-ġlied' man-natura, u aktar minn hekk, 'trattat ta’ paċi' man-natura. Neħtieġu wkoll Fond għal Tranżizzjoni Ġusta ambizzjuż u li parti sinifikanti mill-baġit Ewropew li jmiss tkun marbuta mal-klima. Fuq l-aġenda tal-Kunsill Ewropew ser nagħti prijorità lil dawn is-suġġetti, għax jeħtieġ li l-Ewropa tinvesti b’mod massiċċ f’teknoloġiji ġodda, fir-riċerka u fl-innovazzjoni".
Il-President Charles Michel waqt il-konferenza tan-NU dwar il-klima, COP25
Il-klima fuq l-aġenda tal-mexxejja tal-UE
Il-kapijiet ta' stat jew ta' gvern tal-UE ser jiddiskutu t-tibdil fil-klima fil-Kunsill Ewropew li jmiss fit-12 u t-13 ta' Diċembru 2019. Il-mexxejja tal-UE ser jiffukaw fuq kif tista' tinkiseb il-mira tan-newtralità klimatika sal-2050.
Huma ser jiffinalizzaw il-gwida dwar l-istrateġija fit-tul tal-UE dwar it-tibdil fil-klima li għandha tiġi ppreżentata lis-segretarjat tal-Konvenzjoni Qafas tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC) kmieni fl-2020.
F'Novembru, il-Kunsill adotta wkoll konklużjonijiet dwar il-finanzjament għall-klima qabel il-COP25.
L-UE u l-istati membri tagħha jibqgħu l-akbar kontributuri ta' finanzjament pubbliku għall-klima. Il-kontribuzzjonijiet totali tagħhom ammontaw għal €21.7 biljun fl-2018, żieda minn €20.4 biljun fl-2017.
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.