- Summit Internazzjonali
Laqgħa tal-mexxejja tal-UE u tal-Balkani tal-Punent, 23 ta' Ġunju 2022
Riżultati ewlenin
Il-laqgħa, li saret qabel il-Kunsill Ewropew ta' Ġunju, bniet fuq ir-rabtiet mill-qrib li jeżistu bejn l-UE u l-Balkani tal-Punent.
Il-mexxejja ddiskutew il-progress fl-integrazzjoni tal-UE u l-isfidi li jirriżultaw mill-aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna.
Dan huwa mument importanti għaliex hemm rieda politika qawwija ħafna biex il-proċess mal-Balkani tal-Punent jingħata spinta ġdida, sabiex jintbagħat messaġġ ċar u qawwi ħafna. Charles Michel, President tal-Kunsill Ewropew
Il-mexxejja evalwaw il-progress li sar f'investimenti ewlenin taħt il-Pjan Ekonomiku u ta' Investiment għall-Balkani tal-Punent (EIP) u ddiskutew kwistjonijiet ġeostrateġiċi.
Il-laqgħa kienet ukoll opportunità biex:
- jiġu esplorati modi kif jitrawmu l-kuntatti bejn il-persuni
- jiġi promoss l-allinjament mal-valuri tal-UE u l-politika estera u ta' sigurtà komuni (PESK).
Integrazzjoni tal-UE
Il-mexxejja tal-UE esprimew l-appoġġ mhux ambigwu tagħhom għall-integrazzjoni tal-Balkani tal-Punent fl-UE.
L-avvenimenti ġeopolitiċi ħolqu l-momentum biex jittieħdu passi ġodda fil-kooperazzjoni fil-kontinent Ewropew.
Filwaqt li jibnu fuq il-metodoloġija riveduta tat-tkabbir tal-UE, l-objettivi tal-laqgħa kienu jinkludu:
- l-esplorazzjoni ta' modi innovattivi biex javvanzaw it-taħditiet dwar l-adeżjoni
- l-inċentivizzazzjoni tar-riforma
- il-progress fl-integrazzjoni gradwali bejn l-UE u r-reġjun tal-Balkani tal-Punent.
Il-gwerra tar-Russja kontra l-Ukrajna
Il-laqgħa kienet ukoll opportunità biex il-mexxejja japprofondixxu l-kooperazzjoni ulterjuri fid-dawl tal-isfidi komuni li jirriżultaw mill-aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna.
Il-mexxejja identifikaw azzjonijiet ewlenin biex
- itejbu r-reżiljenza tas-sħab tal-Balkani tal-Punent għat-theddid ibridu (b'mod partikolari t-theddid ċibernetiku u d-diżinformazzjoni)
- iħarsuhom mit-taqlib fis-swieq tal-enerġija u tal-ikel.
Sfidi ġeostrateġiċi
Il-mexxejja tal-UE u tal-Balkani tal-Punent evalwaw il-progress li sar f'investimenti ewlenin taħt l-EIP.
L-EIP jipprovdi finanzjament kritiku biex ir-reġjun jindirizza l-isfidi ġeostrateġiċi. L-objettivi tiegħu huma li:
- jissaħħu l-konnettività u s-sigurtà tal-enerġija
- color: inherit; jiġi ingranat l-investiment tas-settur privat biex tiġi appoġġata t-trasformazzjoni ekoloġika u diġitali
Il-kuntatti bejn il-persuni
Il-laqgħa tal-mexxejja kienet opportunità biex tiġi promossa azzjoni mmirata lejn il-ħolqien ta' opportunitajiet għaż-żgħażagħ u l-indirizzar tal-"eżodu ta' mħuħ" fir-reġjun.
L-għan huwa li jissaħħaħ is-sens ta' appartenenza għall-istess komunità fost iċ-ċittadini fl-UE u fir-reġjun tal-Balkani tal-Punent.
Politika barranija
Il-mexxejja kellhom skambju ta' fehmiet dwar il-politika barranija u l-allinjament mal-PESK tal-UE.
Huma ddiskutew modi kif tista' tiġi limitata l-influwenza tar-Russja fir-reġjun u jiġu miġġielda l-propaganda u d-diżinformazzjoni Russi.
Pjan Ekonomiku u ta' Investiment tal-UE: appoġġ bla preċedent għall-Balkani tal-Punent (Infografika)
Informazzjoni ġenerali
Il-laqgħa tal-mexxejja hija parti mill-implimentazzjoni tal-Aġenda Strateġika 2019-2024 tal-Kunsill Ewropew.
Laqgħat preċedenti
L-aħħar laqgħa bejn il-mexxejja tal-UE u tal-Balkani tal-Punent kienet is-Summit bejn l-UE u l-Balkani tal-Punent f'Brdo pri Kranju f'Ottubru 2021. Dan kien ospitat mill-presidenza Slovena tal-Kunsill.
Dokumenti tal-laqgħat
Dokumenti ta' eżitu
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Magdalena Buchowska Press officer
- +32 470 88 16 32
- +32 2 281 42 02
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
Laqgħat oħra: Summit Internazzjonali
Ara laqgħat oħrajnL-aħħar reviżjoni: 9 ta' Jannar 2025