"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija

Vidjokonferenza tal-ministri għat-trasport, 28 ta' Settembru 2020

Il-Presidenza Ġermaniża għalqet il-laqgħa kmieni għal raġunijiet tekniċi.

Sabiex jiġu ffaċilitati diskussjonijiet addizzjonali bejn il-ministri għat-trasport tal-UE, il-presidenza ddeċidiet li tospita skambju informali permezz ta' vidjokonferenza mid-9:00 sal-11:00 fit-8 ta' Ottubru 2020.

Għal aktar dettalji, jekk jogħġbok ikkuntattja lil:
Is-Sur Tim Alexandrin
Ministeru Federali għat-Trasport u l-Infrastruttura Diġitali
+49 30 18300 713
[email protected]

Punti ewlenin fuq l-aġenda

Pjan ta' kontinġenza għall-COVID-19 għas-settur tat-trasport tal-merkanzija

Is-settur tat-trasport intlaqat ferm ħażin mit-tifqigħa tal-COVID-19. Is-sitwazzjoni epidemjoloġika u t-tnaqqis fir-ritmu tal-ekonomija bħala riżultat ta' lockdowns wasslu għal tnaqqis drastiku fid-domanda u s-servizzi tat-trasport madwar it-territorju tal-UE, b'konsegwenzi ekonomiċi għas-settur. Sa minn Marzu 2020, l-istati membri tal-UE kienu diġà qablu dwar il-ħtieġa li jkun hemm approċċ koordinat biex jappoġġa lis-settur.

Waqt il-vidjokonferenza, il-ministri tal-UE għat-trasport ser ikollhom dibattitu ta' orjentazzjoni biex jiddiskutu pjan ta' kontinġenza għall-pandemija għas-settur tat-trasport tal-merkanzija Ewropew. L-għan tad-diskussjoni huwa li tipprovdi impetu għal passi ulterjuri biex titjieb it-tħejjija tas-settur għal pandemiji futuri.

Dikjarazzjoni ta' Andreas Scheuer, Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura Diġitali tal-Ġermanja, qabel il-vidjokonferenza.

Taħt "affarijiet oħra", il-Kummissjoni ser tinforma lill-ministri dwar il-proposta emendata tagħha għall-Ajru Uniku Ewropew.

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' tħejjija

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 16 ta' Jannar 2025