"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija

Vidjokonferenza tal-ministri għat-telekomunikazzjoni, 5 ta' Ġunju 2020

Riżultati ewlenin

Waqt it-tieni vidjokonferenza informali tagħhom, il-ministri tat-telekomunikazzjoni kellhom dibattitu ta' orjentazzjoni dwar il-prijoritajiet diġitali tal-UE fl-era ta' wara l-COVID-19.

Il-laqgħa kienet ippreseduta minn Oleg Butković, Ministru għall-Baħar, it-Trasport u l-Infrastruttura tal-Kroazja. Il-Kummissjoni kienet irrappreżentata mill-Kummissarju Thierry Breton.

Fid-diskussjoni, il-ministri ġew mistiedna jirriflettu dwar tliet mistoqsijiet imħejjija mill-presidenza:

  • x'inhuma t-tagħlimiet ewlenin miksuba mill-kriżi tal-COVID-19 fis-settur diġitali u l-aspetti prijoritarji tal-istrateġija diġitali?
  • kif nistgħu niżguraw il-kompetittività u s-sovranità diġitali tal-UE fuq skala dinjija?
  • kif nistgħu nagħtu prijorità u nżidu l-investimenti f'elementi li wrew li huma indispensabbli matul il-kriżi, jiġifieri l-konnettività, id-data u t-teknoloġiji diġitali, bħall-intelliġenza artifiċjali?
Oleg Butković, Ministru għall-Baħar, it-Trasport u l-Infrastruttura tal-Kroazja
Parti kbira mill-ekonomija u s-soċjetà qalbet għal mezzi diġitali matul il-pandemija. Illum qbilna li ma għandniex inħallu din l-opportunità tgħaddi, iżda nagħmlu dawn il-kisbiet permanenti, permezz ta' aktar sforzi għad-diġitalizzazzjoni tan-negozji u s-servizzi pubbliċi kif ukoll is-sigurtà u l-kapaċità tan-networks tagħna.
Oleg Butković, Ministru għall-Baħar, it-Trasport u l-Infrastruttura tal-Kroazja
Oleg Butković, Ministru għall-Baħar, it-Trasport u l-Infrastruttura tal-Kroazja

Il-presidenza ppreżentat sommarju tad-diskussjoni.

Taħt affarijiet oħra, il-presidenza infurmat lill-ministri dwar is-sitwazzjoni attwali tal-fajls leġislattivi attwali. Il-ħidma mwettqa fuq il-proposta għall-Privatezza elettronika taħt il-presidenza Kroata hija miġbura f'rapport ta' progress li l-presidenza ppreżentat lill-Kumitat tar-Rappreżentanti Permanenti (Coreper) fit-3 ta' Ġunju 2020.

Għar-regolament propost li jistabbilixxi ċ-Ċentru Ewropew ta' Kompetenza fil-qasam taċ-Ċibersigurtà u n-Network ta' Ċentri ta' Koordinazzjoni, fit-3 ta' Ġunju, il-Coreper qabel dwar mandat ġdid għal negozjati mal-Parlament Ewropew. Il-Presidenza ser tikkuntattja lin-negozjatur ewlieni tal-Parlament biex jesplora l-possibbiltà li jorganizza laqgħa tat-trilogu matul il-ġimgħat li fadal tal-presidenza Kroata.

Il-presidenza infurmat ukoll lill-ministri dwar l-aħħar żviluppi fl-attivitajiet mhux leġislattivi attwali. Fit-3 ta' Ġunju, il-Coreper ikkonferma l-qbil sħiħ dwar l-abbozz ta' konklużjonijiet tal-Kunsill dwar it-tiswir tal-futur diġitali tal-Ewropa u ddeċieda li juża proċedura bil-miktub għall-adozzjoni tagħhom mill-Kunsill. Din il-proċedura bil-miktub ser titnieda llum wara l-vidjokonferenza.

Il-presidenza ppreżentat ukoll is-sitwazzjoni attwali tal-implimentazzjoni tas-sett ta' għodod tal-UE għas-sigurtà tan-networks 5G.

Il-Kummissjoni pprovdiet aġġornament dwar l-iżvilupp ta' apps għat-traċċar u ta' twissija fil-kuntest tal-COVID-19. Il-ħidma tkompli biex tagħmel dawn l-apps interoperabbli bejn il-fruntieri.

Il-presidenza Ġermaniża li jmiss ippreżentat il-programm ta' ħidma tagħha fil-qasam tat-telekomunikazzjoni għat-tieni nofs tal-2020.

Dikjarazzjoni minn Oleg BUTKOVIĆ, Ministru għall-Baħar, it-Trasport u l-Infrastruttura tal-Kroazja, wara l-vidjokonferenza tal-Ministri tat-Telekomunikazzjoni, fil-5 ta' Ġunju 2020, f'Zagreb.

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' eżitu

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 16 ta' Jannar 2025