"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija

Vidjokonferenza tal-ministri għall-enerġija, 15/06/2020, 15 ta' Ġunju 2020

Riżultati ewlenin

Il-ministri ddiskutew l-innovazzjoni fis-settur tal-enerġija li għandha l-potenzjal li tagħti spinta lill-irkupru ekonomiku tal-Ewropa

Il-ministri għall-enerġija tal-UE qasmu l-fehmiet tagħhom dwar l-irkupru ekonomiku wara l-kriżi tal-Covid-19 u l-Patt Ekoloġiku Ewropew, b'enfasi fuq soluzzjonijiet innovattivi għall-enerġija.

Fid-diskussjoni, il-ministri ġew mistiedna jagħtu tagħrif dwar:

  • L-investimenti fit-teknoloġija tal-enerġija li l-ministri kienu qed jippjanaw sabiex jiżguraw il-kisba tal-miri għall-2030 u t-tranżizzjoni tal-enerġija, jiġifieri fis-sentejn li ġejjin u fil-kuntest tal-irkupru;
  • L-isfidi li l-ministri qed jistennew matul l-irkupru b'mod ġenerali, u b'mod partikolari waqt li jużaw l-istrumenti tal-pakkett għall-irkupru biex jappoġġaw investimenti u innovazzjoni fl-enerġija.
Tomislav Ćorić, Ministru għall-Ambjent u l-Enerġija tal-Kroazja
Il-kriżi tal-COVID uriet kemm l-innovazzjoni tista' tidħol malajr fil-ħajja ta' kuljum tagħna, jekk ikun hemm ħtieġa ċara. Nemmen li fis-settur tal-enerġija s-soluzzjonijiet teknoloġiċi innovattivi disponibbli fl-enerġija rinnovabbli, fil-ħżin tal-enerġija, fil-bini intelliġenti jew l-elettromobbiltà jistgħu jagħmlu qabża mgħaġġla simili u jdawru r-rota tal-ekonomiji tagħna filwaqt li jappoġġaw lin-negozji lokali.
Tomislav Ćorić, Ministru għall-Ambjent u l-Enerġija tal-Kroazja
Tomislav Ćorić, Ministru għall-Ambjent u l-Enerġija tal-Kroazja

Il-ministri qablu li t-teknoloġiji innovattivi tal-enerġija, bħall-grilji intelliġenti, l-idroġenu (b'mod partikolari minn sorsi rinnovabbli) enerġija rinnovabbli fuq il-baħar kif ukoll fuq l-art, ser ikunu ta' importanza kbira għall-ħolqien tax-xogħol, il-kompetittività u d-dekarbonizzazzjoni tal-Ewropa. L-investimenti fir-rinnovazzjoni tal-bini ser ikollhom rwol ewlieni għall-irkupru ekonomiku aktar ġenerali. F'dan il-kuntest il-ministri esprimew li kienu qed jistennew bil-ħerqa l-istrateġija tal-Kummissjoni għall-mewġa ta' rinnovazzjoni.

Fir-rigward tat-teknoloġiji għall-integrazzjoni tas-setturi intelliġenti, speċjalment l-idroġenu, għadd ta' ministri ssottolinjaw l-importanza tagħhom u saħqu li kienu qed jistennew bil-ħerqa l-istrateġija tal-Kummissjoni għall-integrazzjoni tas-setturi intelliġenti u dik għall-idroġenu.

Għadd ta' ministri semmew li biċċa kbira mill-ħtiġijiet addizzjonali ta’ investiment relatati mal-enerġija, il-klima u t-trasport diġà kienu stabbiliti fil-pjanijiet nazzjonali għall-enerġija u l-klima (NECPs) tal-istati membri. Issuġġerew li xi wħud minn dawn l-investimenti marbutin mal-enerġija jkunu jistgħu jinbdew minn qabel, u b’hekk jikkontribwixxu għall-irkupru ekonomiku.

Prijorità speċifika għall-Presidenza Kroata kienet it-tisħiħ tal-appoġġ għal gżejjer ta’ enerġija nadifa. Il-Ministru Ćorić uża l-opportunità biex jirringrazzja lill-ministri għall-kontributi tagħhom li saru matul l-aħħar xhur waqt il-proċess tal-ħolqien tal-Memorandum ta’ Split.

Taħt affarijiet oħra, il-Kummissjoni Ewropea aġġornat lill-ministri dwar is-sitwazzjoni preżenti b'rabta mal-pjanijiet nazzjonali għall-enerġija u l-klima u dwar il-programm ta’ ħidma rivedut tal-Kummissjoni. Id-delegazzjoni Litwana għarrfet lill-ministri dwar l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet dwar is-sikurezza nukleari deskritti fir-rapport tal-UE dwar l-evalwazzjoni bejn il-pari tas-simulazzjonijiet ta' kriżi tal-impjant tal-enerġija nukleari tal-Belarussja.

Fl-aħħar nett, il-presidenza Ġermaniża li jmiss ippreżentat il-programm ta' ħidma tagħha fil-qasam tal-enerġija għat-tieni nofs tal-2020.

Il-laqgħa ġiet ippreseduta minn Tomislav Ćorić, Ministru għall-Ambjent u l-Enerġija tal-Kroazja. Il-Kummissjoni ġiet irrappreżentata mill-Kummissarju Kadri Simson.

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' eżitu

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 16 ta' Jannar 2025