Kronoloġija - is-Sudan
-
2026
13 ta' LuljuSudan: il-kummerċ tad-deheb fil-mira ta' sanzjonijiet ġodda
Il-Kunsill iddeċieda li jintroduċi projbizzjoni fuq ix-xiri, l-importazzjoni jew it-trasferiment ta' deheb li joriġina mis-Sudan. Ipprojbixxa wkoll il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tal-merkurju u ċ-ċjanur lejn is-Sudan. Dawn is-sustanzi kimiċi jintużaw ħafna għall-estrazzjoni tad-deheb jew għall-isfruttament tad-deheb.
Dawn il-miżuri huma mfassla biex irażżnu s-sorsi ta' finanzjament għall-kunflitt u jkomplu jżidu l-pressjoni fuq dawk li jqanqlu l-gwerra.
-
2026
10 ta' LuljuL-UE tinsab allarmata bis-sitwazzjoni f'El Obeid
L-UE tappella lill-Forzi ta' Appoġġ Rapidu (RSF) biex iwaqqfu minnufih l-operazzjonijiet militari kollha f'El Obeid u fil-madwar li jpoġġu liċ-ċivili f'riskju.
L-UE tappella lill-partijiet kollha involuti fil-kunflitt biex jerġgħu lura għan-negozjati għal waqfien dejjiemi mill-ġlied, biex jiżguraw aċċess umanitarju rapidu, sikur, mingħajr xkiel, ibbażat fuq il-prinċipji u sostnut, biex jappoġġaw proċess politiku ċivili mmexxi mis-Sudan li jwassal għar-restawr tal-governanza ċivili, u biex jirrestawraw u jiddefendu r-responsabbiltà u r-rispett għad-dritt internazzjonali.
-
2026
21 ta' AprilL-UE ttenni l-impenn għall-unità, is-sovranità u l-integrità territorjali tas-Sudan
L-UE tirrifjuta bil-qawwa kwalunkwe tentattiv unilaterali biex tiġi stabbilita governanza parallela li tista' tirriskja d-diviżjoni tal-pajjiż u tinsab lesta li tappoġġa kwalunkwe inizjattiva kredibbli u unifikata għall-paċi, inkluż opzjonijiet biex jiġi appoġġat mekkaniżmu ta' monitoraġġ internazzjonali.
L-UE tibqa' impenjata bis-sħiħ li tappoġġa r-rispons umanitarju għall-ħtiġijiet tal-popolazzjoni u ser tissokta bil-ħidma tagħha dwar il-protezzjoni tal-infrastruttura kritika. L-UE tafferma mill-ġdid l-appoġġ tagħha għall-aspirazzjonijiet tal-poplu Sudaniż għal governanza demokratika.
-
2026
29 ta' JannarSanzjonijiet ġodda fid-dawl tal-eskalazzjoni drammatika tal-vjolenza fis-Sudan
Il-Kunsill adotta sanzjonijiet kontra seba' individwi addizzjonali responsabbli għat-theddid tal-paċi, l-istabbiltà u s-sigurtà tas-Sudan.
L-eskalazzjoni drammatika tal-vjolenza fis-Sudan qed tikkawża ħsara irreparabbli għall-ħajja tal-bniedem fid-Darfur u fil-pajjiż kollu, kif ukoll ksur tad-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-dritt umanitarju internazzjonali.
-
2025
20 ta' NovembruL-UE tikkundanna l-atroċitajiet imwettqa fis-Sudan
L-UE tikkundanna bl-aktar mod qawwi l-atroċitajiet gravi u kontinwi mwettqa mill-Forzi ta' Appoġġ Rapidu fis-Sudan, inkluż wara l-ħtif tal-belt ta' El Fasher.
L-immirar intenzjonat ta' persuni ċivili, il-qtil b'motivazzjoni etnika, il-vjolenza sesswali u abbażi tal-ġeneru sistematika, it-tbatija tal-ġuħ bħala metodu tal-gwerra u ċ-ċaħda tal-aċċess għall-għajnuna umanitarja huma ksur serju tad-dritt umanitarju internazzjonali u tad-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem. Tali atti jistgħu jikkostitwixxu delitti tal-gwerra u delitti kontra l-umanità.
-
2025
20 ta' OttubruL-UE tikkundanna bil-qawwa l-kunflitt li għaddej fis-Sudan
L-UE tikkundanna bil-qawwa l-kunflitt fis-Sudan, li wassal għat-telf ta' eluf ta' ħajjiet ilu jikkawża t-tbatija enormi għall-poplu Sudaniż għal aktar minn sentejn, u joħloq theddida serja għall-istabbiltà u s-sigurtà fir-reġjun usa'.
L-UE hija imħassba ħafna dwar l-unità, l-integrità territorjali u l-istabbiltà tas-Sudan u tirrifjuta kwalunkwe tentattiv biex jinqasam il-pajjiż.
-
2025
22 ta' SettembruEstensjoni tar-reġim ta' sanzjonijiet
Il-Kunsill qabel li jestendi sal-10 ta' Ottubru 2026 is-sanzjonijiet tal-UE kontra dawk responsabbli għad-destabilizzazzjoni tas-Sudan u t-tfixkil tat-tranżizzjoni politika tagħha.
-
2025
18 ta' LuljuSanzjonijiet ġodda fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sudan
Il-Kunsill jadotta sanzjonijiet kontra żewġ individwi u żewġ entitajiet responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u theddid għall-paċi, l-istabbiltà u s-sigurtà tas-Sudan.
-
2025
11 ta' AprilDikjarazzjoni tal-UE li tfakkar sentejn ta' gwerra fis-Sudan
L-UE ttenni l-appell qawwi tagħha lill-partijiet fil-kunflitt għal waqfien mill-ġlied immedjat u dejjiemi, u tappella lill-istati kollha li jfornu armi u fondi lill-belliġerenti biex iwaqqfu l-appoġġ tagħhom minnufih u jingħaqdu favur il-paċi.
L-UE tħeġġeġ lill-partijiet belliġerenti biex jinnegozjaw in bona fide għal paċi sostenibbli, fejn l-integrità territorjali, l-unità u s-sovranità jiġu rispettati.
-
2024
16 ta' DiċembruSanzjonijiet ġodda fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sudan
Il-Kunsill adotta sanzjonijiet kontra erba' individwi responsabbli għat-theddid tal-paċi, l-istabbiltà u s-sigurtà tas-Sudan.
-
2024
17 ta' OttubruEU leaders concerned about the humanitarian situation in Sudan
Il-mexxejja tal-UE jesprimu t-tħassib serju tagħhom dwar is-sitwazzjoni umanitarja katastrofika fis-Sudan u jikkundannaw bil-qawwa l-immirar indiskriminat u dirett taċ-ċivili, li qed iwassal għal deterjorament tas-sitwazzjoni.
L-UE tappella lill-partijiet kollha fil-kunflitt biex iwaqqfu minnufih l-ostilitajiet kollha u tappoġġa riżoluzzjoni sostenibbli tal-kunflitt permezz tad-djalogu.
-
2024
8 ta' OttubruEstensjoni tar-reġim ta' sanzjonijiet
Il-Kunsill iddeċieda li jestendi s-sanzjonijiet immirati lejn dawk responsabbli għad-dgħajfien tal-istabbiltà u t-tranżizzjoni politika tas-Sudan sal-10 ta' Ottubru 2025.
-
2024
24 ta' ĠunjuSanzjonijiet ġodda fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sudan
Il-Kunsill adotta miżuri restrittivi kontra sitt individwi responsabbli għal attivitajiet li jdgħajfu l-istabbiltà u t-tranżizzjoni politika tas-Sudan.
-
2024
12 ta' AprilL-UE tfakkar fl-appell għal waqfien mill-ġlied immedjat
Sena mill-bidu tal-kunflitt, l-UE tfakkar fl-appell qawwi tagħha lill-partijiet fil-kunflitt għal waqfien mill-ġlied immedjat u dejjiemi, kif ukoll għall-istabbiliment ta' mekkaniżmi ta' monitoraġġ.
L-UE tfakkar lill-partijiet fil-kunflitt fl-obbligu tagħhom li jipproteġu lill-poplu ċivili skont id-dritt umanitarju internazzjonali. Iċ-ċaħda tal-aċċess għall-ikel, għall-kura tas-saħħa u għal oġġetti ta' sokkors hija ksur ċar tad-dritt internazzjonali li jista' jikkostitwixxi delitti tal-gwerra.
-
2024
22 ta' JannarSanzjonijiet ġodda fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sudan
Il-Kunsill adotta sanzjonijiet kontra sitt entitajiet responsabbli li appoġġaw attivitajiet li jdgħajfu l-istabbiltà u t-tranżizzjoni politika tas-Sudan.
-
2023
27 ta' NovembruL-UE tiddeplora l-eskalazzjoni drammatika tal-vjolenza fis-Sudan
L-Unjoni Ewropea u l-istati membri tagħha jtennu l-kundanna qawwija tagħhom tal-ġlied kontinwu bejn il-Forzi Armati Sudaniżi u l-Forzi ta' Appoġġ Rapidu u l-milizzji affiljati rispettivi tagħhom.
L-UE tiddeplora l-eskalazzjoni drammatika tal-vjolenza u l-ħsara rreparabbli għall-ħajja tal-bniedem fid-Darfur u fil-pajjiż kollu, kif ukoll il-ksur tad-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-dritt umanitarju internazzjonali.
-
2023
9 ta' OttubruIl-Kunsill joħloq reġim ta' sanzjonijiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sudan
Il-Kunsill adotta reġim ta' sanzjonijiet apposta fid-dawl ta' attivitajiet li jdgħajfu l-istabbiltà u t-tranżizzjoni politika tas-Sudan.
-
2023
5 ta' LuljuEU deplores loss of life and violations of international law in Sudan
L-Unjoni Ewropea tikkundanna bil-qawwa l-ġlied li għaddej fis-Sudan, kif ukoll li l-partijiet fil-konflitt għadhom qed jirrifjutaw li jfittxu soluzzjoni paċifika.
L-UE tiddeplora t-telf ta' ħajjiet u l-ksur gravi tad-dritt internazzjonali, inkluż id-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-dritt umanitarju internazzjonali, u hija partikolarment imħassba dwar ir-rapporti ta' attakki fuq skala kbira fuq persuni ċivili u żoni ċivili.
-
2023
19 ta' AprilL-UE tikkundanna bil-qawwa l-ġlied li għaddej fis-Sudan
L-Unjoni Ewropea u l-istati membri tagħha jikkundannaw bil-qawwa l-ġlied li għaddej bejn il-Forzi Armati Sudaniżi u l-Forzi ta' Appoġġ Rapidu, li jhedded is-sikurezza u s-sigurtà tal-poplu tas-Sudan u l-għaqda u l-istabbiltà tal-pajjiż.
L-UE tiddeplora t-telf ta' ħajja u l-ksur tad-dritt internazzjonali, inkluż id-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-dritt umanitarju internazzjonali.
L-aħħar reviżjoni: 13 ta' Lulju 2026