- Kunsill tal-Unjoni Ewropea
- Stqarrija għall-istampa
- 13 ta' Marzu 2015 10:30
L-UE testendi l-validità tas-sanzjonijiet minħabba l-azzjoni kontra l-integrità territorjali tal-Ukrajna
Il-Kunsill tawwal l-applikazzjoni tal-miżuri restrittivi tal-UE maħsuba minħabba l-azzjoni kontra s-sovranità, l-integrità territorjali u l-indipendenza tal-Ukrajna.
L-iffriżar tal-assi u l-projbizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar kontra 150 persuna u 37 entità ġew estiżi għal 6 xhur oħra, jiġifieri sal-15 ta’ Settembru 2015.
Din id-deċiżjoni tagħti effett legali lil deċiżjoni politika meħuda fil-Kunsill Affarijiet Barranin fid-29 ta’ Jannar 2015.
L-atti legali huma disponibbli fil-Ġurnal Uffiċjali tal-UE tal-14 ta’ Marzu 2015.
- Lista ta’ persuni u entitajiet taħt miżuri restrittivi tal-UE minħabba l-integrità territorjali tal-Ukrajna, 15 ta’ Marzu 2015
- Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Ukrajna,29 ta' Jannar 2015
- Skeda informattiva dwar ir-relazzjonijiet UE-Ukrajna (SEAE)
- Skeda informattiva tal-UE - miżuri restrittivi, 29 ta' April 2014
Kuntatti għall-istampa
-
Maria Daniela Lenzu Press officer
- +32 470 88 04 02
- +32 2 281 21 46
- @daniela_lenzu
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
L-aħħar reviżjoni: 14 ta' Jannar 2024