"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija

Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija, 13/03/2015, 13 ta' Marzu 2015

Riżultati prinċipali

Liberalizzazzjoni u governanza tas-suq ferrovjarju

Il-Kunsill kellu dibattitu pubbliku ta’ orjentazzjoni dwar żewġ proposti għat-titjib tas-servizzi ferrovjarji fl-UE (ir-raba’ pakkett ferrovjarju). Il-proposti għandhom l-għan li jilliberalizzaw is-servizzi tal-passiġġieri u jsaħħu l-governanza tal-infrastruttura ferrovjarja. "Id-dibattitu produttiv tal-lum se jgħinna nimxu ‘l quddiem sabiex titrawwem il-prestazzjoni u l-kompetittività tas-settur ferrovjarju Ewropew. L-għan tagħna huwa li jintlaħaq approċċ ġenerali dwar iż-żewġ proposti sa tmiem il-presidenza tagħna", qal Anrijs Matīss, il-Ministru għat-Trasport tal-Latvja, li ppresieda l-laqgħa.

Id-dibattitu produttiv tal-lum se jgħinna nimxu ‘l quddiem sabiex titrawwem il-prestazzjoni u l-kompetittività tas-settur ferrovjarju Ewropew. Anrijs Matīss, il-Ministru għat-Trasport tal-Latvja

Il-politika tat-trasport u t-tkabbir u l-impjiegi

Il-ministri ddiskutew ukoll modi kif il-politika tat-trasport tista’ tagħti spinta lill-kompetittività, it-tkabbir u l-impjiegi. Il-ministri kkunsidraw, fost affarijiet oħra, kif in-netwerk tat-trasport tal-UE jista’ jsir aktar effettiv fil-kuntest ta’ kompetizzjoni globali dejjem tiżdied. "L-industrija tat-trasport tal-UE timpjega direttament iktar minn 10 miljun persuna u tammonta għal madwar 9% tal-PDG. Aktar mobbiltà interna u rabtiet esterni aktar effettivi jiġġeneraw it-tkabbir, l-impjiegi u l-investiment", qal il-Ministru Matīss. Il-fehmiet tal-ministri se jinġabru f'rapport konġunt ta’ sinteżi, li se jiġi ppreżentat lill-Kunsill Ewropew ta’ Marzu bħala parti mill-proċess annwali tas-Semestru Ewropew.

Il-laqgħa li jmiss tal-ministri tat-trasport tal-ASEM

Taħt affarijiet oħra, il-presidenza aġġornat lill-ministri dwar it-tielet laqgħa tal-ministri tat-trasport tal-ASEM dwar l-iżvilupp tal-konnessjonijiet tat-trasport bejn l-Ewropa u l-Asja. Il-laqgħa se ssir f’Riga fid-29 u t-30 ta’ April.

Avjazzjoni

Il-presidenza aġġornat ukoll lill-ministri dwar l-eżitu tal-konferenza dwar Sistemi ta’ Inġenji tal-Ajru Ppilotati mill-Bogħod (RPAS jew drones) f’Riga fil-5 u s-6 ta’ Marzu 2015. "Hemm suq emerġenti tal-RPAS. Jeħtieġ li noħolqu klima ta’ investiment favorevoli u regoli ċari biex tkompli tiġi żviluppata l-industrija tad-drones fl-Ewropa sabiex iżżomm il-pożizzjoni tagħha li tinsab fuq quddiem nett", qal il-Ministru Matīss. Kwistjonijiet tal-avjazzjoni - b’mod partikolari r-rwol tal-avjazzjoni bħala mutur ewlieni għat-tkabbir ekonomiku - kienu wkoll is-suġġett tal-ikla ta' ħidma tal-ministri. Id-dibattitu se jikkontribwixxi għat-tħejjija li jmiss tal-pakkett tal-avjazzjoni tal-Kummissjoni.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 15 ta' Jannar 2025