- Kunsill tal-Unjoni Ewropea
- Stqarrija għall-istampa
- 16 ta' Marzu 2015 11:00
Dikjarazzjoni mir-Rappreżentant Għoli f'isem l-UE dwar il-Krimea
Dan id-dokument hu disponibbli b'lingwi mhux tal-UE :
Wara sena minn meta sar ir-"referendum" illegali u illeġittimu u mill-annessjoni illegali sussegwenti tal-Krimea u Sevastopol mill-Federazzjoni Russa, l-Unjoni Ewropea tibqa' impenjata bis-sħiħ lejn is-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukrajna.
L-Unjoni Ewropea ma tirrikonoxxix u tkompli tikkundanna dan l-att ta' ksur tad-dritt internazzjonali. L-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol mill-Federazzjoni Russa hija wkoll sfida diretta għas-sigurtà internazzjonali, b'implikazzjonijiet serji għall-ordni legali internazzjonali li jipproteġi l-unità u s-sovranità tal-istati kollha.
L-Unjoni Ewropea ser tkompli tkun impenjata biex timplimenta bis-sħiħ il-politika ta' nonrikonoxximent tagħha, inkluż permezz ta' miżuri restrittivi. L-UE tappella mill-ġdid lill-Istati Membri tan-NU biex jikkunsidraw miżuri ta' nonrikonoxximent simili f'konformità mar-Riżoluzzjoni 68/262 tal-KSNU.
L-UE ttenni t-tħassib serju tagħha għaż-żieda kontinwa fil-preżenza militari u għad-deterjorazzjoni tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-peniżola tal-Krimea, inkluż iċ-ċaħda għal-libertà tal-espressjoni u l-persekuzzjoni ta' persuni li jagħmlu parti minn minoranzi. L-UE ttenni l-appell tagħha li l-atturi internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem jingħataw aċċes sħiħ, liberu u mingħajr restrizzjoni għat-territorju kollu tal-Ukrajna, inklużi l-Krimea u Sevastopol.
Il-Pajjiżi Kandidati t-Turkija, l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja*, il-Montenegro* u l-Albanija*, il-pajjiż tal-Proċess ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni u kandidati potenzjali l-Bożnija-Ħerzegovina u l-pajjiżi tal-EFTA l-Liechtenstein u n-Norveġja, membri taż-Żona Ekonomika Ewropea, kif ukoll l-Ukrajna u l-Georgia, jallinjaw ruħhom ma' din id-dikjarazzjoni.
*L-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Montenegro u l-Albanija jkomplu jkunu parti mill-Proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni.
Dan id-dokument hu disponibbli b'lingwi mhux tal-UE: Russu
Kuntatti għall-istampa
-
Maria Daniela Lenzu Press officer
- +32 470 88 04 02
- +32 2 281 21 46
- @daniela_lenzu
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
L-aħħar reviżjoni: 15 ta' Jannar 2024