Skip to content
  • Kunsill Affarijiet Barranin

Kunsill Affarijiet Barranin, 16/03/2015, 16 ta' Marzu 2015

Riżultati ewlenin tal-Kunsill Affarijiet Barranin

Afrika

Il-Kunsill kellu diskussjoni fil-fond dwar ir-relazzjonijiet tal-UE mal-Afrika, inkluż dwar paċi u sigurtà, prosperità u sħubija.

Ir-Rappreżentant Għoli tal-UE għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, Federica Mogherini, qalet: "Iddiskutejna l-ħtieġa li minn relazzjoni ta' donaturi u riċeventi ngħaddu għal sħubija politika sħiħa mal-Afrika. Nifhmu tajjeb li stabbiltà Afrikana tfisser stabbiltà Ewropea u li għandna interessi komuni, mhux biss bilaterali, iżda wkoll fuq livell globali.”

Ninsabu għalkollox konvinti li m'hemmx soluzzjoni militari għal dan il-konflitt, u hija biss soluzzjoni politika li tista’ tipprovdi triq sostenibbli ’l quddiem.”  Federica Mogherini, Rappreżentant Għoli tal-UE 

Libja

Il-Kunsill appella lill-partijiet kollha Libjani biex jipparteċipaw b’mod kostruttiv fid-djalogu ffaċilitat min-NU f’Rabat biex tkun żgurata l-formazzjoni minnufih ta' gvern ta' għaqda nazzjonali.

Hekk kif jiġi fformat dan il-gvern, l-UE tinsab lesta biex issaħħaħ l-appoġġ tagħha lil-Libja. Il-Kunsill stieden lir-Rappreżentant Għoli biex tippreżenta proposti dwar attivitajiet possibbli ta' PSDK b’appoġġ għall-arranġamenti ta’ sigurtà, bħala parti minn għażliet politiċi usa'. 

Strateġija reġjonali tal-UE għas-Sirja u l-Iraq kif ukoll għat-theddida tal-ISIL/Da'esh 

Il-Kunsill adotta strateġija li tiddeskrivi kif l-UE u l-istati membri qed jippjanaw li jikkumbattu t-theddida mill-ISIL/Da’esh u jgħinu sabiex jerġa’ jkun hemm il-paċi u s-sigurtà fis-Sirja u l-Iraq.

L-UE għandha l-għan li jkun hemm sforz komprensiv li jindirizza d-dinamika sottostanti tal-konflitti, permezz ta’ diplomazija u appoġġ għal riformi politiċi, żvilupp ekonomiku u rikonċiljazzjoni bejn gruppi etniċi differenti. Għas-snin 2015 u 2016, il-Kummissjoni allokat  €1 biljun  għall-implimentazzjoni ta’ din l-istrateġija. 

Bożnja-Ħerzegovina

Il-Kunsill qabel li jidħol fis-seħħ il-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni mal-Bożnja-Ħerzegovina, li jmexxi l-pajjiż 'il quddiem fi triqtu lejn l-UE.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Barranin

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 27 ta' Jannar 2025