Skip to content
  • Kunsill tal-Unjoni Ewropea
  • Stqarrija għall-istampa
  • 17 ta' Ġunju 2015 22:15

Interoperabbiltà u sigurtà ferrovjarja u l-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea: ftehim mal-Parlament

Fis-17 ta' Ġunju 2015, il-presidenza Latvjana tal-Kunsill għamlet arranġament proviżorju mal-Parlament Ewropew dwar ir-regoli l-ġodda biex jitjiebu l-interoperabbiltà u s-sigurtà tal-proċeduri ta' awtorizzazzjoni għall-ferroviji Ewropej. Ir-riforma tagħti wkoll kompiti ġodda lill-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea (ERA). Iż-żewġ direttivi u r-regolament flimkien jagħmlu l-pilastru tekniku tar-raba ' pakkett ferrovjarju.

Għall-Kunsill, il-ftehim għad irid jiġi kkonfermat mill-istati membri. Il-presidenza ser tinforma lill-ambaxxaturi tal-istati membri dwar l-eżitu tat-trilogu finali fil-Kumitat tar-Rappreżentanti Permanenti (Coreper) fl-24 ta' Ġunju. Il-Coreper ser jeżamina t-testi maqbula fit-30 ta' Ġunju għal approvazzjoni.

Il-ftehim intlaħaq fid-disa' laqgħa tat-trilogu mal-Parlament. Il-Kunsill approva l-pożizzjoni tiegħu f'dawn in-negozjati f'Ġunju 2014.

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

L-aħħar reviżjoni: 15 ta' Jannar 2024