- Kunsill tal-Unjoni Ewropea
- Stqarrija għall-istampa
- 25 ta' Mejju 2016 12:45
L-aċċess għall-web u għall-apps: l-istati membri japprovaw regoli li jkopru l-UE kollha
Fil-25 ta’ Mejju 2016, il-Kumitat tar-Rappreżentanti Permanenti (Coreper) ikkonferma l-qbil milħuq mal-Parlament Ewropew dwar l-ewwel regoli sabiex siti web u applikazzjonijiet mobbli (apps) tas-settur pubbliku jsiru aktar aċċessibbli fl-UE kollha.
L-abbozz tad-direttiva jirrikjedi li l-UE tiżgura li s-siti web u l-apps mobbli tal-korpi tas-settur pubbliku jissodisfaw l-istandards komuni Ewropej tal-aċċessibbiltà. Barra minn hekk, il-pubbliku ser ikun jista’ jitlob informazzjoni speċifika jekk il-kontenut ma jkunx aċċessibbli.
Ir-rekwiżiti l-ġodda ser jagħmlu l-kontenut aktar aċċessibbli u aktar faċli li jintuża minn kulħadd, u ser ikun ta' benefiċċju b’mod speċjali għall-persuni b’diżabilità jew b’limitazzjonijiet minħabba l-età.
Xi jmiss?
Ladarba t‑test miftiehem jgħaddi mill-finalizzazzjoni legali‑lingwistika, jeħtieġ jiġi approvat formalment l-ewwel mill‑Kunsill u mbagħad mill‑Parlament. Il-proċedura mistennija titlesta fil-ħarifa.
Għal aktar tagħrif, nistednuk tara l-istqarrija tagħna għall-istampa tat-3 ta’ Mejju 2016 (il-link ta’ hawn taħt).
Kuntatti għall-istampa
-
Niels Timmermans Press officer
- +32 470 18 22 47
- +32 2 281 32 65
- @timmermansniels
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
L-aħħar reviżjoni: 15 ta' Jannar 2024