Skip to content
  • Kunsill tal-Unjoni Ewropea
  • Stqarrija għall-istampa
  • 27 ta' Ġunju 2016 10:45

Ir-regoli tal-VAT dwar il-vawċers approvati mill-Kunsill

Fis-27 ta' Ġunju 2016, il-Kunsill adotta direttiva bl-għan li tiżdied iċ-ċertezza legali għal tranżazzjonijiet li jinvolvu l-vawċers permezz tal-armonizzazzjoni tar-regoli nazzjonali tal-VAT f’dan il-qasam.

Id-direttiva għandha l-għan li tnaqqas ir-riskju ta’ diskrepanzi bejn ir-regoli nazzjonali tat-taxxa li jwasslu għal tassazzjoni doppja, in-nontassazzjoni jew konsegwenzi oħra mhux mixtieqa. Dan jista’ jiġri meta vawċer jinħareġ fi stat membru wieħed u jintuża f’ieħor, u speċjalment meta l-vawċers jiġu skambjati.

Il-vawċers qed jintużaw dejjem aktar u jieħdu forom diversi. Dawn jinkludu pereżempju kards tat-telekomunikazzjoni mħallsa minn qabel, kartolini rigal u kupuni li jagħtu skont fuq il-prezz tax-xiri ta’ prodotti jew servizzi.

B'ambitu idjaq mill-proposta tal-Kummissjoni tal-2012, id-direttiva tiddefinixxi l-vawċers ta' użu uniku u l-vawċers ta' użi multipli u tistabbilixxi regoli li jiddeterminaw il-valur taxxabbli tat-tranżazzjonijiet fiż-żewġ każi.

L-istati membri ser ikollhom sal-31 ta' Diċembru 2018 biex jittrasponu d-direttiva fil-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali. Id-dispożizzjonijiet ser japplikaw biss għal vawċers maħruġa wara dik id-data.

Id-direttiva ġiet adottata mingħajr diskussjoni f'laqgħa tal-Kunsill Agrikoltura u Sajd.

Ara l-paġna tal-laqgħa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

L-aħħar reviżjoni: 13 ta' Jannar 2024