- Kunsill Agrikoltura u Sajd
Kunsill Agrikoltura u Sajd, 27 u 28 ta' Ġunju 2016
Riżultati ewlenin
Flotot tas-sajd esterni
Il-Kunsill laħaq qbil dwar approċċ ġenerali dwar il-ġestjoni sostenibbli ta’ flotot tas-sajd esterni. Il-proposta għandha l-għan li timmodernizza u tissimplifika l-qafas attwali għall-ġestjoni tal-awtorizzazzjonijiet mogħtija lill-bastimenti tal-UE li jistadu barra mill-ilmijiet tal-UE, u tal-awtorizzazzjonijiet mogħtija lill-bastimenti tas-sajd ta’ pajjiżi terzi li joperaw fl-ilmijiet tal-UE. Hija tindirizza wkoll kwistjonijiet ewlenin bħall-għoti abbużiv ta’ bandiera ġdida u l-arranġamenti tas-sajd privat tal-flotot tal-UE barra mill-ilmijiet tal-UE. L-approċċ ġenerali tal-Kunsill jiffoka fuq titjib tekniku, proċeduri amministrattivi simplifikati u allinjament imtejjeb mar-regolament tal-kontroll tal-Politika Komuni tas-Sajd (PKS).
“It-test tal-Kunsill iżid it-trasparenza tal-attivitajiet tas-sajd esterni u ser jagħmilha iktar diffiċli li jiġu evitati r-regoli tal-PKS, filwaqt li jillimita l-piżijiet amministrattivi.”
Martijn van Dam, ministru għall-agrikoltura Netherlandiż u President tal-Kunsill
Opportunitajiet tas-sajd għall-2017
Il-ministri ġew infurmati dwar komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-opportunitajiet tas-sajd għall-2017.
L-istati membri ġeneralment laqgħu l-komunikazzjoni, irrikonoxxew it-titjib ġenerali fis-sitwazzjoni tar-riżorsi tal-ħut u enfasizzaw il-ħtieġa li titjieb il-komunikazzjoni fuq l-isforzi li saru fl-UE sabiex jitnaqqas il-livell tas-sajd.
Xi delegazzjonijiet esprimew l-appoġġ tagħhom sabiex jintlaħaq ir-rendiment massimu sostenibbli (MSY) sal-2017 għal kemm jista’ jkun stokkijiet, filwaqt li jkunu lesti li jikkunsidraw l-aspetti soċjoekonomiċi meta jkun meħtieġ. Uħud oħrajn enfasizzaw li l-implimentazzjoni tal-obbligu tal-ħatt tista’ tkun problematika fil-futur qarib, b’mod partikolari fir-rigward tal-ispeċi bi kwota limitanti.
L-opportunitajiet tas-sajd għall-2017, li dwarhom il-Kunsill ser ikollu jilħaq qbil sa tmiem is-sena, ser jiġu stabbiliti skont l-objettivi tal-PKS tal-2014 u bbażati fuq parir xjentifiku indipendenti. Taħt il-PKS, il-pressjoni tas-sajd fuq l-istokkijiet għandha tiġi allinjata mal-objettiv tal-MSY mill-aktar fis possibbli u sa mhux aktar tard mill-2020. Dan se jgħin biex tiġi żgurata l-kisba ta’ status ambjentali tajjeb fl-ibħra Ewropej u jitnaqqas l-impatt tas-sajd fuq l-ekosistema tal-baħar.
Ħela tal-ikel u telf tal-ikel
Il-Kunsill adotta konklużjonijiet li jippreżentaw sensiela ta’ inizjattivi biex jitnaqqsu l-ħela tal-ikel u t-telf tal-ikel. Il-miżuri jinkludu appelli lill-istati membri u l-Kummissjoni biex itejbu l-monitoraġġ u l-ġbir tad-data sabiex wieħed jifhem aħjar il-problema, biex jiffokaw fuq il-prevenzjoni tal-ħela u t-telf tal-ikel u użu aħjar tal-bijomassa fil-leġislazzjoni futura tal-UE u biex jiffaċilitaw id-donazzjoni ta’ prodotti tal-ikel mhux mibjugħa lill-istituti tal-karità.
Suġġetti oħra fuq l-aġenda
Il-ministri ddiskutew għadd ta’ kwistjonijiet oħrajn matul il-laqgħa ta’ jumejn, inkluż il-ħidma attwali tat-task force tas-swieq agrikoli, ippreseduta mis-Sur Cees Veerman u l-interferenti endokrinali
Barra minn hekk, il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar Infurzar tal-Liġi, Tmexxija u Kummerċ fis-Settur Forestali (FLEGT), u approva pjan ta’ implimentazzjoni u rakkomandazzjonijiet dwar l-aċċellerazzjoni tal-protezzjoni sostenibbli tal-pjanti.
Is-sitwazzjoni tas-suq
Il-Kummissjoni aġġornat lill-Kunsill dwar l-aħħar żviluppi tas-suq fis-setturi agrikoli ewlenin. Hija rrapportat ukoll dwar il-miżuri ta’ għajnuna maqbula f’laqgħat tal-Kunsill ta’ Settembru 2015 u Marzu 2016. Fid-dibattitu ta’ wara, il-miżuri attwalment fis-seħħ ġew evalwati bir-reqqa.
Bosta ministri esprimew tħassib kontinwu dwar is-sitwazzjoni attwali tas-suq, u enfasizzaw il-ħtieġa li tittaffa s-sitwazzjoni diffiċli li qed jiffaċċjaw il-bdiewa Ewropej u li tkun megħjuna s-sostenibbiltà tal-aktar setturi milquta.
Fi tmiem il-laqgħa, il-presidenza waslet għal konklużjonijiet li fihom tappella lill-Kummissjoni biex f'Lulju tippreżentasett ta’ miżuri li jkunu kapaċi jtaffu l-pressjoni attwali fuq is-suq u huma kompatibbli mar-restrizzjonijiet baġitarji eżistenti.
“Minkejja l-pakketti ta’ miżuri ta’ Settembru u Marzu, il-kriżi fis-setturi tal-ħalib, tal-laħam tal-majjal u tal-frott u tal-ħaxix għadha ma spiċċatx, minħabba l-iżbilanċ persistenti bejn il-provvista u d-domanda. Id-dħul tal-bdiewa qed jintlaqat ħażin. Is-sitwazzjoni diffiċli teħtieġ aktar miżuri kemm jista’ jkun malajr, u ħeġġiġna lill-Kummissjoni biex tippreżenta pakkett finanzjarju addizzjonali f’Lulju 2016.”
Martijn van Dam, ministru għall-agrikoltura Netherlandiż u President tal-Kunsill
Agrikoltura organika
Il-presidenza infurmat lill-ministri dwar l-istat attwali tan-negozjati mal-Parlament Ewropew dwar il-biedja organika. Fl-informazzjoni mogħtija minnha, il-presidenza ssottolinjat il-progress sinifikanti magħmul fuq il-biċċa l-kbira tal-kwistjonijiet, inkluż punti sensittivi bħall-importazzjonijiet, il-kontrolli u l-prodotti u s-sustanzi mhux awtorizzati.
Dokumenti tal-laqgħat
Dokumenti ta' eżitu
- Riżultati tal-laqgħa tal-Kunsill
- Lista ta' punti A, deliberazzjonijiet leġislattivi, Kunsill Agrikoltura u Sajd, 27 u 28 ta' Ġunju 2016
- Lista ta’ punti A, attivitajiet mhux leġislattivi, Kunsill Agrikoltura u Sajd, 27 u 28 ta’ Ġunju 2016
- Aġenda proviżorja, Kunsill Agrikoltura u Sajd, 27-28 ta' Ġunju 2016
- Nota ta' informazzjoni
- Programm indikattiv, Kunsill Agrikoltura u Sajd, 27-28 ta’ Ġunju 2016
- List of participants
Stqarrijiet għall-istampa
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Maria Daniela Lenzu Press officer
- +32 470 88 04 02
- +32 2 281 21 46
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
- Hashtag fuq X: #AGRIFISH
Laqgħat oħra: Kunsill Agrikoltura u Sajd
Laqgħat li seħħew
L-aħħar reviżjoni: 13 ta' Jannar 2025