- Kunsill tal-Unjoni Ewropea
- Stqarrija għall-istampa
- 7 ta' Ġunju 2017 11:30
Dikjarazzjoni mir-Rappreżentant Għoli f'isem l-Unjoni Ewropea dwar l-allinjament ta' ċerti pajjiżi terzi mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/621 tal-31 ta' Marzu 2017 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja
Fil-31 ta' Marzu 2017, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/621[1]. Id-Deċiżjoni tal-Kunsill testendi l-miżuri restrittivi eżistenti sat-2 ta' Ottubru 2017. Il-miżuri inkwistjoni huma projbizzjoni fuq l-ivvjaġġar, iffriżar tal-assi u projbizzjoni fuq it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ fondi fil-konfront ta' 3 individwi meqjusa bħala responsabbli milli jfixklu jew jheddu t-twettiq b'suċċess tat-transizzjoni politika fil-Libja.
Il-Pajjiżi Kandidati l-Eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja*, il-Montenegro*, is-Serbja* u l-Albanija*, il-pajjiż tal-Proċess ta' Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni u kandidat potenzjali l-Bożnija-Ħerzegovina, u l-pajjiżi tal-EFTA l-Iżlanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja, membri taż-Żona Ekonomika Ewropea, kif ukoll l-Ukrajna, ir-Repubblika tal-Moldova u l-Georgia jallinjaw ruħhom ma' din id-Deċiżjoni tal-Kunsill.
Huma ser jiżguraw li l-politiki nazzjonali tagħhom ikunu konformi ma' din id-Deċiżjoni tal-Kunsill.
L-Unjoni Ewropea tilqa' u tieħu nota ta' dan l-impenn.
[1] Ippubblikata fl-1.04.2017 f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea nru L89, p. 10.
*L-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Montenegro, is-Serbja u l-Albanija għadhom jagħmlu parti mill-Proċess ta' Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni.
Kuntatti għall-istampa
-
Maja Kocijančič Kelliem tas-SEAE
- +32 2 298 65 70
- +32 498 98 44 25
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
L-aħħar reviżjoni: 15 ta' Jannar 2024