- Kunsill tal-Unjoni Ewropea
- Stqarrija għall-istampa
- 18 ta' Ottubru 2017 14:55
Dikjarazzjoni mir-Rappreżentant Għoli f'isem l-UE dwar l-allinjament ta' ċerti pajjiżi terzi dwar miżuri restrittivi kontra ISIL (Da'esh) u Al-Qaeda u dawk assoċjati magħhom
Fl-14 ta' Settembru 2017, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/1560[1].
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill testendi, sal-31 ta' Ottubru 2018, il-miżuri restrittivi eżistenti, imposti bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1693.
Il-Pajjiżi Kandidati l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja*, il-Montenegro*, is-Serbja* u l-Albanija*, il-pajjiż tal-Proċess ta' Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni u kandidat potenzjali l-Bożnija-Ħerzegovina, il-pajjiżi tal-EFTA l-Iżlanda u l-Liechtenstein, membri taż-Żona Ekonomika Ewropea, kif ukoll l-Ukrajna, ir-Repubblika tal-Moldova, l-Armenja u l-Georgia, jallinjaw ruħhom ma' din id-Deċiżjoni tal-Kunsill.
Huma ser jiżguraw li l-politiki nazzjonali tagħhom jikkonformaw ma' dawn id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill.
L-Unjoni Ewropea tieħu nota ta' dan l-impenn u tilqgħu.
[1] Ippubblikata fil-15.9.2017 f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea nru L 237, p.71.
* L-Eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Montenegro, is-Serbja u l-Albanija għadhom jagħmlu parti mill-Proċess ta' Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni.
Kuntatti għall-istampa
-
Maja Kocijančič Kelliem tas-SEAE
- +32 2 298 65 70
- +32 498 98 44 25
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
L-aħħar reviżjoni: 14 ta' Jannar 2024