Skip to content
  • Kunsill tal-Unjoni Ewropea
  • Stqarrija għall-istampa
  • 20 ta' Novembru 2017 10:30

Sistema ta' dħul/ħruġ: adozzjoni finali mill-Kunsill

Fl-20 ta' Novembru 2017 il-Kunsill adotta r-regolament għal sistema ta' dħul/ħruġ u r-regolament li jemenda l-kodiċi tal-fruntieri ta' Schengen b'rabta mas-sistema ta' dħul/ħruġ.

"Il-kontroll b'saħħtu tal-fruntieri esterni tagħna huwa essenzjali biex iż-żona ta' Schengen taħdem tajjeb. Is-sistema ta' dħul/ħruġ ser tgħin biex il-kontrolli tal-fruntieri esterni jsiru aħjar, jiġu identifikati aħjar il-persuni li jibqgħu fit-territorju wara l-iskadenza tal-awtorizzazzjoni għas-soġġorn u tissaħħaħ il-ġlieda kontra t-terroriżmu." Andres Anvelt, ministru għall-intern tal-Estonja

Din is-sistema ser tirreġistra informazzjoni dwar id-dħul, il-ħruġ u ċ-ċaħda ta’ dħul ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jaqsmu l-fruntieri esterni taż-żona Schengen.

Is-sistema tad-dħul/ħruġ ser tgħin biex:

  • tnaqqas id-dewmien tal-verifiki fuq il-fruntieri u ttejjeb il-kwalità tal-verifiki fuq il-fruntieri billi jiġi kkalkolat awtomatikament is-soġġorn awtorizzat ta’ kull vjaġġatur
  • tiżgura l-identifikazzjoni sistematika u affidabbli tal-persuni li jibqgħu fit-territorju wara l-iskadenza tal-awtorizzazzjoni għas-soġġorn
  • issaħħaħ is-sigurtà interna u l-ġlieda kontra t-terroriżmu billi tippermetti li l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jkollhom aċċess għal rekords tal-istorja tal-ivvjaġġar

Il-passi li jmiss

Il-Kunsill u l-Parlament Ewropew issa jeħtieġ li jiffirmaw ir-regolament adottat. It-test iffirmat ser jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-UE u ser jidħol fis-seħħ 20 jum wara. eu-LISA, flimkien mal-istati membri, mistennija tibda tibni sistema ġdida, li għandha tibda taħdem sal-2020.

Ara l-paġna tal-laqgħa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

L-aħħar reviżjoni: 10 ta' Marzu 2025