- Kunsill tal-Unjoni Ewropea
- Stqarrija għall-istampa
- 6 ta' Diċembru 2018 11:45
L-UE tkompli tiżviluppa l-ġustizzja elettronika Ewropea
L-UE hija impenjata li ttejjeb aktar l-aċċess għall-ġustizzja fl-UE kollha billi tkompli tiżviluppa l-Ġustizzja elettronika Ewropea.
Illum il-Kunsill adotta l-istrateġija u l-pjan ta’ azzjoni dwar l-iżvilupp tal-Ġustizzja elettronika għall-perjodu 2019-2023. Il-Ġustizzja elettronika hija politika li permezz tagħha l-aċċess għall-ġustizzja jkun simplifikat u mtejjeb filwaqt li l-proċeduri legali transfruntiera jiġu diġitalizzati. Il-Ġustizzja elettronika mhix limitata għal qasam tal-liġi wieħed partikolari, u hija mmirata lejn iċ-ċittadini, il-kumpaniji, il-prattikanti legali u l-awtoritajiet ġudizzjarji.
Tul il-perjodu 2019-2023, il-ħidma fir-rigward tal-ġustizzja elettronika ser tkun iffokata fuq tliet objettivi ewlenin:
- It-titjib fl-aċċess għall-informazzjoni fil-qasam tal-ġustizzja
- It-tkomplija tad-diġitalizzazzjoni tal-proċedimenti ġudizzjarji u extraġudizzjarji biex ikun offrut aċċess aktar faċli u aktar rapidu għall-qrati
- L-iżgurar tal-implimentazzjoni teknika u l-ġestjoni tas-sistemi nazzjonali tal-Ġustizzja elettronika biex jiġu ffaċilitati l-interkonnessjoni u l-interoperabbiltà bejn is-sistemi tal-istati membri
Portal tal-Ġustizzja elettronika
Il-Ġustizzja elettronika hija l-għodda prinċipali li ġiet żviluppata biex jittejjeb l-aċċess għall-informazzjoni fil-qasam tal-ġustizzja. Hija fiha paġni ta’ informazzjoni, għodda tat-tiftix u formoli dinamiċi bi sforz biex tittejjeb u tiġi faċilitata l-esperjenza tal-utent. Il-portal ser jiġi żviluppat u estiż aktar waqt il-pjan ta’ azzjoni li jmiss.
Kuntatti għall-istampa
-
Laura Bérard Press officer
- +32 471 33 09 49
- +32 2 281 57 95
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
L-aħħar reviżjoni: 13 ta' Jannar 2024