- Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni
Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni, 06-07/12/2018, 6 u 7 ta' Diċembru 2018
Riżultati ewlenin
Affarijiet Interni (il-Ħamis 6 ta' Diċembru)
Illum għamilna progress tajjeb fir-rigward ta' għadd ta’ kwistjonijiet ta’ prijorità fl-oqsma tal-migrazzjoni u s-sigurtà. Ħarisna wkoll lejn il-finanzjament futur tal-għodod li żviluppajna, u ddiskutejna l-prijoritajiet fil-qasam tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni għall-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss. Herbert Kickl, Ministru għall-Intern tal-Awstrija
Kontenut terroristiku online
Il-Kunsill qabel dwar il-pożizzjoni ta' negozjar tiegħu rigward ir-regolament propost dwar il-prevenzjoni tat-tixrid ta' kontenut terroristiku online.
Ir-regoli proposti japplikaw għall-fornituri ta' servizzi ta' hosting li joffru servizzi fl-UE, kemm jekk ikollhom is-sede ewlenija tagħhom fl-istati membri kif ukoll jekk ma jkollhomx. Dawn il-fornituri ser ikollhom ineħħu l-kontenut terroristiku jew iwaqqfu l-aċċess għalih fi żmien siegħa minn meta jirċievu ordni ta' tneħħija mill-awtoritajiet.
Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta
Illum il-Kunsill qabel dwar approċċ ġenerali parzjali rigward proposta dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta, li jkopri d-dispożizzjonijiet marbuta mar-ritorn u l-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi. Dan il-qbil ma jippermettix li jinbdew in-negozjati mal-Parlament Ewropew, u huwa bil-patt li mhu miftiehem xejn sakemm ikun miftiehem kollox.
Ir-regoli proposti ser jippermettu lill-Frontex tipprovdi appoġġ tekniku u operazzjonali lill-istati membri fl-operazzjonijiet ta' ritorn. Ser jikkontribwixxu wkoll biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi, billi jagħtu lill-aġenzija kamp ta' applikazzjoni usa' għall-azzjoni u ma jillimitawx il-possibbiltajiet tagħha għal kooperazzjoni ma' pajjiżi ġirien.
Faċilitazzjoni ta' immigrazzjoni illegali
Il-ministri approvaw ġabra komprensiva u operazzjonali ta' miżuri li jikkonċentraw fuq l-infurzar tal-liġi biex iqawwu l-ġlieda kontra n-netwerks li jiffaċilitaw l-immigrazzjoni illegali. Dan wara appell mill-mexxejja tal-UE fil-laqgħa tagħhom f’Ottubru.
L-għan hu li jiġu mħarbta n-netwerks li jiffaċilitaw l-immigrazzjoni illegali kemm ġewwa kif ukoll barra l-UE, filwaqt li jitqiesu l-ħila kbira tagħhom li jadattaw u r-rabtiet dejjem jiżdiedu bejn attivitajiet kriminali differenti.
Ġustizzja, (il-Ġimgħa 7 ta' Diċembru)
Illum ilħaqna qbil dwar għadd ta’ fajls li għandhom l-istess objettiv li jiżguraw li l-UE taħdem għaċ-ċittadini tagħha, kemm f’termini tad-drittijiet tagħhom bħala konsumaturi, ir-responsabbiltajiet tagħhom bħala ġenituri jew tal-ħtieġa tagħhom li jgħixu f’ambjent sikur. Josef Moser, Ministru Federali għall-Affarijiet Kostituzzjonali, ir-Riformi, id-Deregolamentazzjoni u l-Ġustizzja tal-Awstrija
Regolament dwar l-evidenza elettronika
Il-Kunsill qabel dwar il-pożizzjoni tiegħu dwar ir-regolament dwar l-ordnijiet ta’ produzzjoni u ta’ preservazzjoni Ewropej għall-evidenza elettronika f’materji kriminali. Permezz ta' dawn ir-regoli l-ġodda, l-UE qed tieħu passi biex ittejjeb l-aċċess transfruntier għal evidenza elettronika billi toħloq qafas legali sabiex l-ordnijiet ġudizzjarji jiġu indirizzati direttament lil fornituri ta’ servizzi bbażati fi stat membru ieħor.
Direttiva dwar il-kuntratti għall-bejgħ ta' oġġetti
Il-Kunsill adotta l-pożizzjoni tiegħu rigward id-direttiva dwar il-bejgħ ta' oġġetti. Din tintroduċi regoli aħjar u aktar ċar kemm għall-kumpaniji kif ukoll għall-konsumaturi fir-rigward tal-bejgħ ta’ oġġetti - f’tranżazzjonijiet (inkluż online) mill-bogħod, kif ukoll bejgħ wiċċ imb'wiċċ. L-objettiv huwa li jiġi pprovdut qafas legali koerenti madwar l-UE, filwaqt jiġi pprovdut ukoll għal livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur.
Regolament dwar kwistjonijiet marbuta mar-responsabbiltà tal-ġenituri u s-sekwestru internazzjonali ta’ minuri
Il-Kunsill adotta l-pożizzjoni tiegħu dwar ir-reviżjoni tal-hekk imsejjaħ Regolament Brussell IIa li jistabbilixxi regoli dwar il-ġurisdizzjoni, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta' deċiżjonijiet f'materji matrimonjali u f'materji ta' responsabbiltà tal-ġenituri, kif ukoll dwar ħtif intra-UE ta' minuri. L-objettiv huwa li l-applikazzjoni transfruntiera tad-deċiżjonijiet marbuta mar-responsabbiltà tal-ġenituri u mas-sekwestru internazzjonali ta’ minuri tiġi ffaċilitata u aċċelerata.
Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar ir-rikonoxximent reċiproku f’materji kriminali
Dawn il-konklużjonijiet għandhom l-għan li jtejbu l-fiduċja u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji madwar l-UE, aspett ewlieni għall-funzjonament effikaċi tar-rikonoxximent reċiproku ta’ sentenzi u deċiżjonijiet ġudizzjarji. Il-konklużjonijiet jipprevedu għadd ta' azzjonijiet prattiċi li għandhom jittieħdu, inkluż: promozzjoni tat-taħriġ tal-prattikanti; inkoraġġiment tal-iskambju tal-aħjar prassi; inkoraġġiment tal-użu sħiħ tal-possibbiltajiet offruti mill-Eurojust u n-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew (NĠE).
Dokumenti tal-laqgħat
Dokumenti ta' tħejjija
Stqarrijiet għall-istampa
- Regolament dwar l-aċċess transfruntier għal evidenza elettronika: il-Kunsill jilħaq qbil dwar il-pożizzjoni tiegħu
- 07/12/2018
- Il-Kunsill jaqbel dwar regoli aktar effettivi biex isolvi kwistjonijiet transfruntieri marbuta mar-responsabbiltà tal-ġenituri
- 07/12/2018
- Regoli aktar unifikati dwar il-kuntratti għall-bejgħ ta' oġġetti: il-Kunsill jaqbel dwar il-pożizzjoni tiegħu
- 07/12/2018
- Faċilitazzjoni ta' immigrazzjoni illegali: il-Kunsill japprova ġabra ta' miżuri għall-ġlieda kontra n-netwerks li jiffaċilitaw l-immigrazzjoni illegali
- 06/12/2018
- Il-ġlieda kontra l-antisemitiżmu: Dikjarazzjoni tal-Kunsill
- 06/12/2018
- Kontenut terroristiku online: il-Kunsill jadotta pożizzjoni ta' negozjar dwar regoli ġodda biex jipprevjenu t-tixrid
- 06/12/2018
- BĊE: Il-Kunsill jaħtar lil Andrea Enria bħala kap tal-bord superviżorju
- 06/12/2018
- L-UE tkompli tiżviluppa l-ġustizzja elettronika Ewropea
- 06/12/2018
- Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta: il-Kunsill jilħaq qbil parzjali dwar ir-ritorn u l-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi
- 06/12/2018
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Laura Bérard Press officer
- +32 471 33 09 49
- +32 2 281 57 95
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
- Hashtag fuq X: #JHA
Laqgħat oħra: Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni
Laqgħat li seħħew
L-aħħar reviżjoni: 8 ta' Jannar 2025