"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Kompetittività

Kunsill Kompetittività, 24 ta' Settembru 2026

Riżultati ewlenin

Att dwar iċ-Ċipep 2.0 – dibattitu ta' orjentazzjoni

Matul dibattitu ta' orjentazzjoni, il-ministri ddiskutew ir-Regolament dwar Att Ewropew dwar iċ-Ċipep 2.0, ippreżentat mill-Kummissjoni Ewropea fit-3 ta' Ġunju 2026, li għandu l-għan li jsaħħaħ l-industrija tas-semikondutturi tal-Ewropa, inaqqas id-dipendenzi barranin u jagħti spinta lid-domanda lokali għaċ-ċipep.

Peter Burke, Ministru għall-Intrapriża, it-Turiżmu u l-Impjiegi tal-Irlanda

L-UE wriet li tista' timmobilizza biljuni għas-semikondutturi — iżda l-investiment waħdu mhuwiex biżżejjed jekk nibqgħu dipendenti fuq iċ-ċipep magħmula xi mkien ieħor. L-att dwar iċ-ċipep li jmiss irid jibdel l-ambizzjoni f'sovranità reali. Fit-tellieqa globali għall-IA u t-teknoloġiji avvanzati, l-Ewropa ma tistax taffordja li tkun biss klijent. Irridu nkunu minn ta' quddiem.

Peter Burke, Ministru għall-Intrapriża, it-Turiżmu u l-Impjiegi tal-Irlanda

Peter Burke, Ministru għall-Intrapriża, it-Turiżmu u l-Impjiegi tal-Irlanda

L-Istati Membri laqgħu b'mod ġenerali l-objettivi tal-Att dwar iċ-Ċipep 2.0 u enfasizzaw il-ħtieġa li jissaħħu l-ekosistema, ir-reżiljenza u l-kompetittività tas-semikondutturi tal-Ewropa. Id-diskussjoni enfasizzat l-importanza li jitnaqqsu d-dipendenzi strateġiċi filwaqt li jinżammu swieq miftuħa u kooperazzjoni ma' sħab internazzjonali fdati. Id-delegazzjonijiet appellaw għal approċċ konsistenti tul il-katina tal-valur tas-semikondutturi li jinvolvi lill-Istati Membri kollha, inkluż l-SMEs, l-istart-ups u l-ekosistemi emerġenti, u enfasizzaw il-ħtieġa li l-investiment jiġi ffukat fuq oqsma fejn l-Ewropa għandha kapaċitajiet u potenzjal b'saħħithom li tkun fuq quddiem. Id-delegazzjonijiet ipproponew diversi oqsma ta' prijorità ewlenin inkluż is-semikondutturi b'potenza, il-fotonika, it-teknoloġiji kwantistiċi, l-imballaġġ avvanzat, id-disinn taċ-ċipep, it-teknoloġiji maturi u l-materjali avvanzati. Diversi ministri ssottolinjaw ukoll il-ħtieġa li titħaffef it-tranżizzjoni mir-riċerka u l-innovazzjoni għall-industrijalizzazzjoni u l-adozzjoni mis-suq, jiġi mobilizzat l-investiment pubbliku u privat, jiġi żgurat l-aċċess għal materja prima kritika u jissaħħu l-ħiliet u t-talent. Fl-istess ħin, appellaw għal regoli sempliċi, proporzjonati u prevedibbli, li jevitaw piżijiet amministrattivi bla bżonn, u għal koordinazzjoni mill-qrib ma' inizjattivi u strumenti ta' finanzjament oħra tal-UE.

Linji gwida dwar il-kontroll tal-fużjonijiet – Skambju ta' fehmiet

Il-Kummissjoni infurmat lill-ministri dwar is-sitwazzjoni attwali tar-rieżami tal-abbozz ta' Linji Gwida. L-abbozz ta' Linji Gwida, li ġie ppubblikat fit-30 ta' April 2026, għandu l-għan li jikkonsolida aktar minn għoxrin sena ta' infurzar tal-antitrust u ta' ġurisprudenza f'qafas uniku li jagħti prijorità lill-kompetittività globali, l-innovazzjoni u r-reżiljenza ekonomika fit-tul. Wara perjodu ta' konsultazzjoni pubblika li ġie konkluż f'Ġunju 2026, l-adozzjoni finali tal-Linji Gwida mistennija sa tmiem is-sena.

L-Istati Membri laqgħu b'mod ġenerali l-abbozz rivedut ta' linji gwida, filwaqt li rrikonoxxew il-ħtieġa li jiġi modernizzat il-qafas biex jirrifletti r-realtajiet tas-suq li qed jevolvu, u tissaħħaħ il-kompetittività tal-UE. Id-diskussjoni enfasizzat appoġġ wiesa' biex jitqiesu aktar l-innovazzjoni, l-opportunitajiet ta' scale-up, ir-reżiljenza, is-sostenibbiltà, u l-effiċjenzi. Ħafna ministri laqgħu t-tarka tal-innovazzjoni proposta għall-istart-ups u l-iscale-ups. Fl-istess ħin, diversi ministri enfasizzaw li dawn il-kriterji l-ġodda għandhom jikkomplementaw, aktar milli jissostitwixxu, l-infurzar effettiv tal-kompetizzjoni u l-protezzjoni tal-konsumaturi u l-SMEs. Fl-aħħar nett, għadd ta' ministri appellaw għal aktar ċarezza b'analiżi konkreta tal-benefiċċji ekonomiċi għas-suq intern, u gwida għall-operaturi tas-suq biex jiġu żgurati ċ-ċertezza legali, il-prevedibbiltà u t-trasparenza.

L-inkorporazzjoni tas-sigurtà ekonomika fil-politika tal-kompetittività tal-UE – dibattitu waqt l-ikla ta' nofsinhar

Waqt l-ikla ta' nofsinhar, il-ministri kellhom dibattitu informali dwar il-kwistjoni tal-"inkorporazzjoni tas-sigurtà ekonomika fil-politika tal-kompetittività tal-UE".

Affarijiet oħra

Taħt affarijiet oħra, il-ministri ġew infurmati dwar 11-il kwistjoni:

  • Il-presidenza Irlandiża infurmat lill-ministri dwar is-sitwazzjoni attwali tal-proposti leġiżlattivi li ġejjin:

- Att dwar l-aċċelleratur industrijali

- Regolament dwar it-28 reġim għal-liġi tal-kumpaniji (EU Inc.)

- Regolament li jistabbilixxi l-fond Ewropew għall-kompetittività

  • Il-Kummissjoni infurmat lill-ministri dwar is-sitwazzjoni attwali ta' proġetti differenti fil-qasam tal-materja prima kritika.
  • Id-delegazzjoni tal-Awstrija, iċ-Ċekja, il-Polonja, is-Slovakkja u dik tal-Ungerija infurmaw lill-ministri dwar ir-rieżami tas-Sistema tal-UE għall-Iskambju ta' Kwoti tal-Emissjonijiet (ETS) minn Perspettiva ta' Kompetittività.
  • Id-delegazzjoni ta' Franza, il-Ġermanja, l-Italja, l-Polonja, is-Slovakkja u dik ta' Spanja ppreżentaw l-ideat tagħhom għal pjan ta' azzjoni Ewropew għas-settur tal-apparat domestiku.



  • Id-delegazzjoni tal-Ġermanja infurmat lill-ministri dwar il-laqgħa tal-alleanza ministerjali għall-industriji intensivi fl-enerġija li saret fil-marġini tal-kunsill COMPET.



  • Id-delegazzjoni taċ-Ċekja, Franza, l-Italja, in-Netherlands, il-Portugall, is-Slovakkja, is-Slovenja u dik tal-Ungerija appellaw għal implimentazzjoni rapida tar-rakkomandazzjonijiet ewlenin maħruġa mill-alleanza tas-sustanzi kimiċi kritiċi tal-UE.
  • Id-delegazzjoni taċ-Ċekja, il-Polonja, is-Slovakkja u dik tal-Ungerija infurmaw lill-ministri dwar ir-responsabbiltà estiża tal-produttur fl-ambitu tad-direttiva dwar it-trattament tal-ilma mormi urban bħala ostaklu għall-kompetittività tal-industriji Ewropej.



  • Id-delegazzjoni tal-Bulgarija u dik tal-Latvja infurmaw lill-ministri dwar qafas "de minimis" aktar reattiv.



  • Id-delegazzjoni tal-Belġju, Franza, in-Netherlands u dik tal-Polonja infurmaw lill-ministri dwar ir-regolament Ewropew li jmiss dwar il-prodotti.



  • Id-delegazzjoni tal-Awstrija, il-Belġju, iċ-Ċekja, Franza, il-Ġermanja, l-Italja, il-Latvja, il-Lussemburgu, in-Netherlands, il-Polonja u dik tas-Slovakkja ppreżentaw il-fehmiet tagħhom dwar ir-Regolament Ġenerali ta' Eżenzjoni ta' Kategorija (GBER).



  • Id-delegazzjoni Pollakka infurmat lill-ministri dwar l-influwenza tar-Regolament dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ (PPWR) fis-Suq Uniku.

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' tħejjija

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Kompetittività

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 26 ta' Novembru 2026