Spjegazzjonijiet
Irfina r-riżultati
- 16 riżultat
X'qed tagħmel l-UE biex tagħti spinta lill-kompetittività tagħha
F'era ta' instabbiltà dejjem akbar, l-UE qed taġixxi b'determinazzjoni biex issaħħaħ il-kompetittività tagħha, filwaqt li tiżgura l-prosperità u s-sigurtà għaċ-ċittadini tagħha.

Att dwar il-materja prima kritika
Skopri kif ir-regoli l-ġodda ser jippermettu lill-UE tiddiversifika s-sorsi ta' importazzjonijiet tagħha u żżid l-estrazzjoni, l-ipproċessar u r-riċiklaġġ fl-istati membri.

Ilma
L-ilma huwa riżorsa limitata. Il-leġiżlazzjoni tal-UE tipproteġi r-riżorsi tal-ilma u l-ekosistemi, u tiżgura li l-ilma tax-xorb u għall-għawm ikun nadif.

Għaliex huwa importanti li l-ħamrija tinżamm f'saħħitha
Il-ħamrija hija essenzjali għas-servizzi ewlenin li toffri n-natura, bħall-ikel u l-ilma nadif. Li jiġi żgurat li l-ħamrija tkun f'saħħitha huwa meħtieġ għas-saħħa u l-benesseri tal-bniedem.

Plastik
It-trattament tal-iskart tal-plastik huwa kruċjali sabiex l-UE tnaqqas it-tniġġis u tħares l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem. Il-miżuri tal-UE għandhom l-għan li jiżviluppaw ekonomija ċirkolari tal-plastik.

Dritt għat-tiswija tal-prodotti
L-UE ħolqot inċentivi għall-produtturi u l-konsumaturi biex jagħmlu t-tiswija tal-prodotti aktar faċli u aktar attraenti, sabiex jitnaqqas l-iskart u jiġu promossi mudelli ta' negozju aktar sostenibbli.

Ħela tal-ikel
Il-ħela tal-ikel tpoġġi pressjoni bla bżonn fuq ir-riżorsi naturali u taffettwa s-sigurtà tal-ikel. Ir-regoli tal-UE għandhom l-għan li jipprevjenu u jnaqqsu t-telf tal-ikel u l-ħela tal-ikel.

L-Iskart
L-iskart huwa ta' periklu għall-ambjent u għas-saħħa tal-bniedem. L-UE taħdem biex tipprevjeni u timmaniġġja aħjar l-iskart, u trawwem ekonomija aktar ċirkolari.

Nagħtu lill-konsumaturi s-setgħa li jagħmlu għażliet aktar sostenibbli
L-UE stabbiliet regoli għan-negozji biex jagħtu prova tal-bażi tal-asserzjonijiet ekoloġiċi li jagħmlu dwar is-sostenibbiltà, u biex jipprevjenu lill-konsumaturi milli jkunu vittmi ta' greenwashing u prattiki kummerċjali żleali.

Spjegazzjoni tal-ekonomija ċirkolari
Ir-riżorsi tad-Dinja mhumiex infiniti. L-ekonomija ċirkolari tagħmel l-użu ta' prodotti u materjali aktar sostenibbli u toffri lill-UE opportunità biex issir aktar kompetittiva.
