Prodotti u servizzi aktar aċċessibbli għaċ-ċittadini tal-UE
Prodotti u servizzi aktar aċċessibbli għaċ-ċittadini tal-UE
Għaliex?
Id-domanda għal prodotti u servizzi aċċessibbli diġà hija għolja u l-għadd ta' ċittadini b'diżabbiltajiet ser jiżdied b'mod sinifikanti hekk kif il-popolazzjoni tal-UE tixjieħ dejjem aktar.
Persuna minn kull 6
jew 80 miljun persuna fl-UE għandhom xi forma ta' diżabbiltà
sal-2020
madwar 120 miljun persuna fl-UE ser ikollhom diversi diżabbiltajiet jew diżabbiltajiet żgħar
80%
tad-diżabbiltajiet mhumiex viżibbli
Passi 'l quddiem
Dawn huma l-ewwel passi ta' triq twila biex l-UE ssir aktar aċċessibbli:
Aktar prodotti u servizzi jsiru aktar aċċessibbli
Id-direttiva relatata tagħmel il-prodotti u s-servizzi diġitali aċċessibbli għall-utenti kollha permezz:
- tal-istabbiliment ta' standards tekniċi
- tal-introduzzjoni ta' verifika tal-konformità
- tal-ħolqien ta' mekkaniżmu ta' monitoraġġ
Erba' prinċipji ta' aċċessibbiltà għall-web:
- il-perċepibbiltà - l-utenti għandhom ikunu kapaċi jipperċepixxu l-informazzjoni u l-interfaċċa
- l-operabbiltà - il-komponenti tal-interfaċċa tal-utenti u n-navigazzjoni għandhom ikunu jistgħu jitħaddmu
- il-fehim - l-informazzjoni u t-tħaddim tal-interfaċċa tal-utent għandhom ikunu jinftiehmu
- l-affidabbiltà - l-utenti differenti għandhom ikunu kapaċi jinterpretaw il-kontenut b'mod affidabbli
Id-dispożizzjonijiet tad-direttiva jibdew japplikaw fi tliet dati differenti, skont id-data meta jkun inħoloq is-sit web u jekk ikunx sit web jew applikazzjoni:
- Settembru 2019 - is-sit web il-ġdid isir aċċessibbli
- Jannar 2020 - l-istati membri jibdew il-monitoraġġ
- Settembru 2020 - is-siti web kollha jsiru aċċessibbli
- Settembru 2021 - l-applikazzjonijiet mobbli kollha jsiru aċċessibbli
- Diċembru 2021 - l-ewwel rapport ta' monitoraġġ tal-istati membri lill-Kummissjoni Ewropea
Għal aktar informazzjoni dwar l-aċċessibbiltà, ara: