Skip to content

Kif titwettaq riżoluzzjoni bankarja

Infografika li tispjega l-proċess ta' riżoluzzjoni bankarja

Bħala tħejjija/prevenzjoni:

  1. Il-banek ifasslu pjanijiet ta' rkupru u ta' riżoluzzjoni
  2. Superviżjoni mill-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku u l-awtoritajiet nazzjonali
  3. Il-banek jikkontribwixxu għall-Fond Uniku ta' Riżoluzzjoni
  4. Konformità mar-regoli dwar il-kapital u t-tisħiħ tal-kapaċità tal-assorbiment tat-telf (MREL)

Jekk bank ikun qed ifalli jew x'aktarx ikun ser ifalli, isiru l-mistoqsijiet li ġejjin:

  1. Ġiet eżawrita kull miżura privata/azzjoni superviżorja?
  2. Hemm interess pubbliku li l-bank jiġi salvat?
  • Jekk it-tweġiba tkun "le", il-bank jiġi stralċjat.
  • Jekk "iva", il-bank ikun is-suġġett ta' riżoluzzjoni.

L-għodod ta' riżoluzzjoni jinkludu:

  • rikapitalizzazzjoni interna
  • bejgħ ta' negozju
  • bank tranżitorju
  • separazzjoni tal-assi

L-użu ta' fond uniku ta' riżoluzzjoni (+/- €60 biljun sal-2024) biex tiġi żgurata l-applikazzjoni effettiva tal-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni u, f'ċirkostanzi eċċezzjonali, biex jiġi assorbit it-telf jew biex jiġi rikapitalizzat bank.

Ladarba tiġi implimentata, il-garanzija ta' kontinġenza tal-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà (MES) ser tipprovdi +/- €60 biljun sa mhux aktar tard mill-2024. Jekk il-Fond Uniku ta' Riżoluzzjoni ma jkollux mezzi biżżejjed, il-MES isellef fondi addizzjonali biex titwettaq azzjoni ta' riżoluzzjoni.