Skip to content

Ir-rispons ta' emerġenza tal-UE għall-pandemija tal-COVID-19

L-infografika tipprovdi ħarsa ġenerali lejn l-oqsma ewlenin tal-azzjoni tal-UE kontra l-COVID-19.

Oqsma ewlenin ta' azzjoni kontra l-COVID-19

  • Il-limitazzjoni tat-tixrid tal-virus
  • L-iżgurar tal-provvista ta' tagħmir mediku
  • Il-promozzjoni tar-riċerka għat-trattamenti u l-vaċċini
  • Appoġġ għall-impjiegi, in-negozji u l-ekonomija
  • Għajnuna liċ-ċittadini tal-UE maqbuda barra minn pajjiżhom
  • Il-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni

Il-limitazzjoni tat-tixrid tal-virus

  • L-għeluq temporanju tal-fruntieri esterni tal-UE b'restrizzjoni fuq ivvjaġġar mhux essenzjali lejn l-UE
  • Ġestjoni tal-fruntieri: introduzzjoni ta' 'korsiji ħodor' għal oġġetti essenzjali
  • Valutazzjonijiet tar-riskji għall-popolazzjoni tal-UE miċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC)
  • Koordinazzjoni ta' kull ġimgħa bejn l-UE, l-esperti u l-istati membri permezz ta' Arranġamenti Integrati tal-UE għal Rispons Politiku f'Sitwazzjonijiet ta' Kriżi (IPCR)

L-iżgurar tal-provvista ta' tagħmir mediku

L-UE ppermettiet lill-pajjiżi tal-UE jipparteċipaw f'sejħiet konġunti għall-offerti ta' akkwist pubbliku għal:

  • tagħmir protettiv
  • ventilaturi
  • pakketti għall-ittestjar

L-UE żgurat permezz tal-mekkaniżmu tal-UE għall-protezzjoni ċivili:

  • l-istazzjonament ta' timijiet mediċi u l-kunsinna ta' provvisti lejn pajjiżi fil-bżonn
  • riżerva komuni ġdida Ewropea ta' tagħmir mediku ta' emerġenza
  • koordinazzjoni 24 siegħa kuljum tal-appoġġ miċ-Ċentru ta' Koordinazzjoni tar-Reazzjoni f'każ ta' Emerġenza

L-UE kkoordinat ukoll mal-industrija Ewropea biex iżżid il-produzzjoni, u rregolat l-esportazzjoni ta' provvisti ewlenin mill-UE għal pajjiżi terzi.

Il-promozzjoni tar-riċerka għat-trattamenti u l-vaċċini

  • Fondi ta' riċerka u appoġġ finanzjarju biex jiġu żviluppati trattamenti u vaċċini
  • Fondi għall-SMEs u negozji ġodda għal soluzzjonijiet innovattivi
  • Pjattaforma ta' data dwar il-COVID-19 għall-ġbir u l-qsim rapidi ta' data tar-riċerka disponibbli

Appoġġ għall-impjiegi, in-negozji u l-ekonomija

Pakkett ta' appoġġ immedjat tal-UE

L-UE offriet pakkett ta' appoġġ ta' €540 biljun għall-impjiegi u l-ħaddiema, in-negozji u l-istati membri.

Dan jikkonsisti minn:

  • €100 biljun - Appoġġ biex jittaffew ir-riskji ta' qgħad f’emerġenza (SURE)
  • €200 biljun - Fond ta' garanzija pan-Ewropew għas-self (Bank Ewropew tal-Investiment)
  • €240 biljun - Appoġġ fil-kriżi pandemika għall-istati membri (Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà)

Użu tal-baġit tal-UE

  • €3.1 biljun - Emenda għall-baġit tal-UE għall-2020 għar-reazzjoni għall-kriżijiet
  • €37 biljun - Fondi ta' koeżjoni għall-Inizjattiva ta' Investiment fir-Rispons għall-Coronavirus
  • €800 miljun - Fond ta' Solidarjetà tal-UE għall-kriżi tas-saħħa pubblika

Flessibbiltà fir-regoli tal-UE

  • Miżuri ta' għajnuna mill-istat huma awtorizzati li jipprovdu appoġġ għan-negozji u l-ħaddiema
  • Il-klawżola liberatorja ġenerali fir-regoli fiskali tal-UE hija attivata biex takkomoda aktar infiq nazzjonali
  • Ir-regolamenti tal-fondi strutturali huma emendati biex jippermettu trasferimenti bejn fondi u reġjuni

Politika monetarja

€750 biljun: programm ta' xiri ta' emerġenza għall-pandemija tal-Bank Ċentrali Ewropew.

Għajnuna liċ-ċittadini tal-UE maqbuda barra minn pajjiżhom

Aktar minn 500,000 ċittadin tal-UE diġà ġew ripatrijati minn pajjiżi terzi.

Il-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni

L-UE għandha l-għan li tiġġieled in-narrattivi ta' diżinformazzjoni dwar il-virus permezz ta' komunikazzjoni trasparenti, f'waqtha u bbażata fuq il-fatti.