Il-kisbiet tal-UE fl-ispazju
Il-kisbiet tal-UE fl-ispazju
Komponenti emblematiċi tal-UE li jipprovdu servizzi bbażati fl-ispazju kuljum:
Copernicus
huwa l-akbar fornitur ta' data ta' osservazzjoni tad-dinja globalment. Il-maġġoranza tad-data disponibbli u aċċessibbli għal kwalunkwe ċittadin u kwalunkwe organizzazzjoni madwar id-dinja fuq bażi sħiħa, miftuħa u mingħajr ħlas.
- 7 satelliti ta' Copernicus f'orbita fl-2022
- 160 000 utent irreġistrat tas-Servizz dwar it-Tibdil fil-Klima ta' Copernicus kellhom aċċess għal madwar 76 terabyte ta' data dwar il-klima bi kwalità kkontrollata kuljum
- Stima: il-benefiċċji mill-programm Copernicus tal-UE ser jilħqu l-€35 biljun sal-2030
Galileo
hija s-Sistema Globali ta' Navigazzjoni bis-Satellita (GNSS) tal-Ewropa: hija mingħajr ħlas u s-servizz globali ta' preċiżjoni għolja ta' 20cm tagħha jġib miegħu bidla radikali għas-sewqan awtonomu u d-droni kummerċjali.
- 28 satellita ta' Galileo f'orbita fl-2022
- 3.8 biljun apparat mħaddma permezz ta' Galileo kienu qed jintużaw fl-2022
- Stima: il-programmi Galileo u EGNOS marbuta mal-UE ser jiġġeneraw benefiċċji soċjoekonomiċi ta' madwar €60-90 biljun tul l-20 sena li ġejjin
Sistema Ewropea ta' Navigazzjoni b'Kopertura Ġeostazzjonarja (EGNOS)
hija s-sistema reġjonali ta' awmentazzjoni bis-satellita tal-Ewropa u topera f'aktar minn 400 ajruport u ħelipad.
L-EGNOS ġiet implimentata biex tipprovdi servizzi ta' navigazzjoni ta' 'salvagwardja tal-ħajja' lill-avjazzjoni u hija applikazzjoni ta' sostenn għas-settur marittimu, dak ferrovjarju, tal-agrikoltura u t-trasport bit-triq.
GOVSATCOM
jiżgura d-disponibbiltà fit-tul ta' servizzi ta' komunikazzjoni bis-satellita affidabbli, siguri u kosteffettivi lil utenti governattivi, u b'hekk jikkontribwixxi għas-sigurtà u s-sikurezza taċ-ċittadini kollha tal-Unjoni Ewropea.
Sorveljanza u Insegwiment fl-Ispazju (SST)
issaħħaħ il-kapaċitajiet għal skopijiet bħall-monitoraġġ tal-oġġetti spazjali u r-residwi spazjali u tipprovdi servizzi meteoroloġiċi spazjali.
L-Infrastruttura l-ġdida tal-Ewropa għar-Reżiljenza, l-Interkonnettività u s-Sigurtà bis-Satellita (IRIS2)
Il-kostellazzjoni multiorbita futura ser tipprovdi:
- servizzi siguri ta' komunikazzjoni bis-satellita għall-użu governattiv, bħall-protezzjoni tal-infrastruttura kritika u l-ġestjoni tal-kriżijiet
- il-konnettività lill-Ewropa kollha, inkluż żoni mingħajr internet b'banda wiesgħa, permezz ta' servizz kummerċjali
L-UE u l-ispazju f'ċifri
Il-baġit tal-UE għas-settur spazjali għall- 2021-2027
Programmazzjoni finanzjarja = €1.44 biljun
Kontribuzzjonijiet minn pajjiżi u entitajiet oħra = €0.22 biljun
In-negozju tal-UE marbut mal-ispazju fl-2022
- Impjieg dirett fl-industrija 57 822 FTE (+8%)
- L-industrija spazjali Ewropea rreġistrat bejgħ ta' €8.25 biljun
Għalxiex diġà qed jintużaw it-teknoloġiji spazjali?
- Riċerka u żvilupp
- Il-komunikazzjoni u l-ekonomija diġitali (smartphones, komunikazzjonijiet bis-satellita, Internet tal-Oġġetti, eċċ.)
- It-tibdil fil-klima u l-monitoraġġ ambjentali (il-ġestjoni tal-ilma, il-kwalità tal-arja, is-saff tal-ożonu, eċċ.)
- Tiftix u salvataġġ (baħar, muntanji, żoni urbani, eċċ.)
- Traffiku u trasport (inżul ta' ajruplani, sikurezza fit-toroq, sistemi ta' navigazzjoni, eċċ.)
- Sigurtà u difiża (sorveljanza tal-fruntieri u sorveljanza marittima, eċċ.)
- Agrikoltura u sajd (agrikoltura ta' preċiżjoni, żvilupp tal-għelejjel, stokkijiet tas-sajd, monitoraġġ tan-nixfiet, eċċ.)
- Il-monitoraġġ u r-rispons għal diżastri naturali (terremoti, nirien fil-foresti, għargħar, eċċ.)
Sors: Il-Kummissjoni Ewropea
Aktar tagħrif:
L-aħħar reviżjoni: 5 ta' Frar 2025