"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Politika spazjali tal-UE

Il-programm spazjali tal-UE jgħin biex jitwettqu attivitajiet ta' kuljum fid-Dinja. Is-satelliti li l-UE tibgħat fl-orbita jippermettu lil miljuni ta' nies jikkomunikaw bl-użu ta' teknoloġiji ġodda, jivvjaġġaw fuq l-art, bil-baħar u bl-ajru, u jiżviluppaw modi biex itejbu s-saħħa tal-pjaneta tagħna.

Għaliex politika spazjali tal-UE?

L-UE qed tinvesti f'attivitajiet spazjali li jgħinu lill-Ewropej fil-ħajja tagħhom ta' kuljum u jindirizzaw ukoll l-isfidi globali tal-lum.



Politika spazjali tal-UE:

  • tgħin fil-ħolqien tal-impjiegi u tagħti spinta lit-tkabbir u l-investiment fl-Ewropa
  • taqdi rwol kruċjali fl-appoġġ tat-tranżizzjoni doppja lejn mudell ekonomiku ekoloġiku u diġitali
  • issaħħaħ l-awtonomija strateġika tal-UE
  • tiftaħ opportunitajiet ġodda fil-qasam tax-xjenza u r-riċerka
  • tippromwovi u tiffaċilita politiki oħra f'oqsma bħas-sigurtà u d-difiża u l-industrija

Kif tintuża d-data spazjali?

Data spazjali ta' kwalità għolja, aġġornata u sigura tista' tintuża f'ħafna setturi, mill-agrikoltura sat-trasport.

Tiggwida t-timijiet ta' salvataġġ f'postijiet milquta minn diżastri naturali

Ittejjeb l-użu tal-art fl-agrikoltura

Tagħmel l-infrastruttura tat-trasport u tal-enerġija aktar sikura

Industrija spazjali aktar kompetittiva

Bħalissa, 13-il stat membru għandhom regolamenti spazjali nazzjonali fis-seħħ, waqt li oħrajn qed iħejju biex jgħaddu l-leġiżlazzjoni spazjali tagħhom.

Sabiex tiġi evitata aktar frammentazzjoni tas-suq u tiżdied iċ-ċertezza legali għall-operaturi spazjali tal-UE, f'Ġunju 2025 il-Kummissjoni pproponiet att spazjali tal-UE li jipprevedi qafas regolatorju għall-attivitajiet tal-Unjoni fl-ispazju.

Dan ir-regolament huwa msejjes fuq tliet pilastri:

  • sikurezza
  • reżiljenza
  • sostenibbiltà

L-att tal-UE dwar l-ispazju għandu l-għan li joħloq suq uniku għall-attivitajiet spazjali, li jagħmilha aktar sempliċi għan-negozji tal-UE, u b'mod partikolari għan-negozji ġodda u l-SMEs, biex iwettqu l-attivitajiet tagħhom f'pajjiżi differenti.

Il-proposta issa qed tiġi diskussa mill-Kunsill u l-Parlament Ewropew.

Il-programm spazjali tal-UE 2021-2027

Il-programm spazjali tal-UE huwa l-ewwel programm spazjali integrat li jappoġġa l-attivitajiet spazjali tal-UE.

Objettivi

Data u servizzi relatati mal-ispazju ta' kwalità għolja, aġġornati u siguri

Rwol aktar b'saħħtu għall-UE bħala attur ewlieni fis-settur tal-ispazju

Sigurtà u awtonomija msaħħa tal-UE

Benefiċċji soċjoekonomiċi akbar mill-użu ta' tali data u servizzi, li jinkludi aktar tkabbir u ħolqien ta' xogħol fl-UE

Programmi spazjali emblematiċi tal-UE

Il-programm spazjali tal-UE jtejjeb programmi eżistenti tal-UE bħal Copernicus, Galileo u EGNOS u jiġborhom taħt l-istess kappa.

  • Copernicus: is-sistema l-aktar avvanzata fid-dinja għall-osservazzjoni tad-Dinja
  • Galileo: is-sistema globali ta' navigazzjoni bis-satellita tal-UE stess, li tipprovdi data preċiża ħafna ta' pożizzjonament globali
  • EGNOS: tipprovdi servizzi ta' navigazzjoni kruċjali għas-sikurezza għall-utenti tal-avjazzjoni, dawk marittimi kif ukoll dawk ibbażati fuq l-art fl-UE kollha

Il-programm jintroduċi wkoll komponenti ġodda tas-sigurtà:

  • il-programm ta' għarfien tas-sitwazzjoni fl-ispazju, li jimmonitorja l-perikli spazjali
  • l-inizjattiva tal-komunikazzjoni governattiva bis-satellita, li tipprovdi lill-awtoritajiet nazzjonali b'aċċess għal komunikazzjonijiet siguri bis-satellita

F'Marzu 2023, il-Kunsill adotta regolament dwar il-programm ta' konnettività sigura tal-UE għall-2023-2027.

Il-programm jistabbilixxi għanijiet għall-Unjoni Ewropea biex tuża kostellazzjoni satellitari tal-UE msejħa "IRIS²" (infrastruttura għar-reżiljenza, l-interkonnettività u s-sigurtà bis-satellita), li ser tipprovdi servizzi ta' komunikazzjoni ultraveloċi u ta' sigurtà għolja sal-2027.

Sigurtà u difiża

L-UE tirrikonoxxi n-natura strateġika tal-ispazju u li l-ispazju huwa kruċjali għal-libertà ta' azzjoni u t-teħid ta' deċiżjonijiet awtonomu tal-UE fis-sigurtà u d-difiża.

Hekk kif ir-riskji fil-qasam spazjali jikbru, l-UE tagħti prijorità lil governanzarobusta u miżuri protettivi biex tissalvagwardja l-kapaċitajiet spazjali tagħha.

L-enfasi hi fuq:

  • it-tnaqqis tad-dipendenzi teknoloġiċi
  • il-progress fir-riċerka u l-innovazzjoni
  • it-tisħiħ tal-ktajjen tal-provvista biex jiġu appoġġati s-sigurtà u l-kompetittività spazjali tal-UE
  • iż-żamma ta' sħubijiet ma' alleati tal-istess fehma

L-ispazju huwa wkoll qasam operazzjonali ewlieni flimkien mal-operazzjonijiet tal-art, tal-baħar, tal-ajru u taċ-ċiberspazju, u faċilitatur strateġiku għall-missjonijiet u l-operazzjonijiet militari.

Bl-iżvilupp ta' servizzi spazjali għall-użu governattiv mill-istati membri tal-UE, l-UE ssaħħaħ il-libertà ta' azzjoni tagħha u t-teħid ta' deċiżjonijiet awtonomu fis-sigurtà u d-difiża, filwaqt li żżomm in-natura ċivili tal-programmi ewlenin bħal Copernicus u Galileo.

Immaniġġar tat-traffiku fl-ispazju

L-UE qed tieħu passi deċiżivi lejn l-immaniġġar tat-traffiku fl-ispazju biex tiżgura l-użu sikur, sostenibbli u sigur tal-ispazju hekk kif tiżdied l-attività satellitari.

L-approċċ tal-UE lejn l-immaniġġar tat-traffiku fl-ispazju jiffoka fuq l-indirizzar tal-isfida dinjija tal-konġestjoni fl-orbita u tal-iżgurar tal-aċċessibbiltà tal-ispazju għall-ġenerazzjonijiet futuri permezz ta' erba' pilastri ewlenin:

  1. Valutazzjoni tal-ħtiġijiet ċivili u militari
  2. Kapaċitajiet operazzjonali
  3. Leġiżlazzjoni u standardizzazzjoni
  4. Sħubiji internazzjonali

Ara wkoll

L-istampa turi ġabra ta' satelliti fl-ispazju fuq sfond blu bl-istilel. Is-satelliti jvarjaw fid-disinn, b'xi wħud minnhom b'pannelli solari u oħrajn b'antenni jew strutturi b'forma ta' kubu. Il-mogħdijiet orbitali tagħhom huma traċċati b'linji bit-tikek, u dan jissuġġerixxi moviment madwar id-dinja.

L-immaniġġar tat-traffiku fl-ispazju

A satellite orbits above the curved blue and white surface of the Earth against a speckled starry sky.

L-ispazju, is-sigurtà u d-difiża

Illustrazzjoni: satelliti madwar id-dinja, b'enfasi fuq il-kontinent Ewropew

Il-kisbiet tal-UE fl-ispazju

L-aħħar reviżjoni: 30 ta' Lulju 2026