Skip to content

Solidarjetà tal-UE mal-Ukrajna

Kontenut arkivjat.

Ikklikkja fuq il-link ta' hawn taħt biex issib l-aħħar informazzjoni dwar is-solidarjetà mal-Ukrajna.

L-UE u l-istati membri tagħha jappoġġaw bis-sħiħ lill-Ukrajna u lill-poplu tagħha, u ser ikomplu jappoġġaw bil-qawwa l-ekonomija, is-soċjetà, il-forzi armati u r-rikostruzzjoni futura tal-Ukrajna, għal kemm ikun hemm bżonn.

Ċifri sat-18 ta' Marzu 2024.

Azzjoni tal-UE b'appoġġ għall-Ukrajna

Verżjoni testwali

Grafika bl-elementi:

  • €81 biljun f'appoġġ finanzjarju, ekonomiku u umanitarju permezz tal-baġit tal-UE
  • €33 biljun f'appoġġ militari
  • €17-il biljun f'appoġġ għar-refuġjati fl-UE
  • €12.2 biljun f'appoġġ finanzjarju, ekonomiku u umanitarju mill-istati membri tal-UE

1. Appoġġ finanzjarju u ekonomiku

Id-dijagramma hawn taħt turi l-kontribuzzjonijiet kemm mill-Unjoni Ewropea kif ukoll mill-istati membri. Billi tikklikkja fuq kull taqsima turik ukoll l-ammonti fid-dettall għal kull tip ta' kontribuzzjoni.

Verżjoni testwali

Grafika biċ-ċifri msemmija hawn taħt f'€ biljun:

  • €50 biljun permezz tal-Faċilità għall-Ukrajna (żborżati jew impenjati għall-perjodu 2024-2027)
  • €25.2 biljun f'assistenza makrofinanzjarja (żborżati fl-2022 u fl-2023)
  • €12.2 biljun mill-istati membri f'appoġġ finanzjarju, ekonomiku u umanitarju
  • €2.6 biljun permezz tal-garanziji tal-UE fl-2022 u l-2023
  • €3.3 biljun f’tipi oħra ta’ appoġġ

2. Sigurtà globali tal-ikel u korsiji ta' solidarjetà

L-invażjoni mhux provokata u mhux ġustifikata tar-Russja qed tintensifika kriżi globali tal-ikel, b'hekk l-UE ħolqot rotot biex tgħin lill-Ukrajna tesporta l-prodotti agrikoli tagħha.

Dawn il-korsiji ta' solidarjetà tal-UE ffaċilitaw 55% tal-esportazzjonijiet tal-ikel mill-Ukrajna permezz ta' rotot minn fuq l-art u portijiet tal-UE.

Il-korsiji ta' solidarjetà tal-UE jagħmluha wkoll possibbli li l-Ukrajna tesporta prodotti mhux agrikoli u tirċievi għajnuna umanitarja.

Verżjoni testwali

Pittogramma b'ikoni ta' ħbub li turi madwar 122 miljun tunnellata ta' prodotti esportati, li minnhom 68 miljun tunnellata jirreferu għall-ħbub, żrieragħ żejtnin u prodotti agrikoli oħra (sa Frar 2024).

3. Għajnuna umanitarja

Verżjoni testwali

Grafika li turi s-sehem tal-UE u l-istati membri.

Stati membri: €2.16 biljun

UE: €840 miljun

In-Nazzjonijiet Uniti jistmaw li għad hemm 14.6 miljun Ukren li għad għandhom bżonn l-għajnuna umanitarja.

4. Protezzjoni ċivili

aktar minn 144 000 tunnellata ta' assistenza materjali ttrasportata lejn l-Ukrajna

madwar 3 000 pazjent ittrasferiti lejn sptarijiet madwar l-Ewropa

kważi 6 000ġeneratur tal-enerġija u 2 700 transformer mibgħuta lill-Ukrajna

5. Sigurtà u difiża

Verżjoni testwali

Grafika:

€33 biljun biex jissaħħu l-kapaċitajiet tal-forzi armati Ukreni

  • €11.1 biljun taħt il-Faċilità Ewropea għall-Paċi
  • kważi €22 biljun f'kontribuzzjonijiet bilaterali mill-istati membri tal-UE

Bejn l-2022 u l-2023:

  • 40 000 suldat Ukren tħarrġu bħala parti mill-missjoni ta' assistenza militari tal-UE

6. Nilqgħu lir-refuġjati

Aktar minn 4.2 miljun persuna li ħarbu mill-Ukrajna kienu qed jibbenefikaw minn protezzjoni temporanja fl-UE.

Miżuri oħra tal-UE

F'Ġunju 2022, il-Kunsill Ewropew ta l-istatus ta' pajjiż kandidat lill-Ukrajna:

  • il-Kunsill ser jiddeċiedi dwar passi ulterjuri ladarba l-Ukrajna tissodisfa l-kundizzjonijiet deskritti fl-opinjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-applikazzjoni tagħha għas-sħubija fl-UE

L-UE imponiet sanzjonijiet massivi fuq ir-Russja biex iddgħajjef il-kapaċità tagħha li tkompli għaddejja bil-gwerra:

  • billi żiedet għadd sinifikanti ta' persuni u entitajiet mal-lista tas-sanzjonijiet, u billi adottat miżuri restrittivi mingħajr preċedent
  • hemm 12-il pakkett ta' sanzjonijiet ekonomiċi u individwali

L-UE qed tagħti wkoll appoġġ fl-oqsma:

  • tad-diplomazija
  • tal-prosekuzzjoni ta' delitti internazzjonali
  • tas-sikurezza u s-sigurtà nukleari
  • tas-setturi tal-enerġija u l-kummerċ
  • tal-edukazzjoni u r-riċerka
  • tar-reżiljenza ċibernetika u t-trasformazzjoni diġitali
  • tal-protezzjoni u r-rikostruzzjoni tal-wirt kulturali
  • tal-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni Russa
Ġirasol