Proposta għal pjan ta' rkupru tal-UE - aspetti prinċipali
Il-President tal-Kunsill Ewropew ippreżenta proposta ġdida lill-mexxejja tal-UE biex tiġi diskussa fis-17-18 ta' Lulju 2020.
Arkitettura ġenerali
€1 074 biljun – Baġit fit-tul tal-UE (Qafas Finanzjarju Pluriennali)
€540 biljun – Xbieki ta' sikurezza tal-COVID-19 diġà fis-seħħ:
- għall-ħaddiema
- għan-negozji
- għall-istati membri
€750 biljun – Next Generation EU / Fond għall-Irkupru
Total: €2 364 biljun
Ir-rispons tal-UE: paragun mal-Istati Uniti u ċ-Ċina
- UE: 17% tad-DNG (€2 364 biljun)
- Stati Uniti: 15.9% tad-DNG ($3 061 biljun)
- Ċina: 4.2% tad-DNG (Y 4 200 biljun)
Sorsi tad-data: Bruegel, FMI, Bank Dinji.
Mhumiex inklużi l-miżuri li ttieħdu mill-istati membri tal-UE, mill-BĊE u mill-banek ċentrali nazzjonali.
Id-data għaċ-Ċina tista' ma tkunx kompleta.
Konverżjoni tal-munita: InforEuro.
Żieda tal-investiment fit-tranżizzjonijiet klimatiċi u diġitali
Integrazzjoni tal-azzjoni klimatika: il-mira tat-30%
- il-programmi kollha jikkontribwixxu għaliha
Integrazzjoni diġitali tal-programmi kollha
- Żidiet fil-baġit għal:
- il-programm Ewropa Diġitali
- il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (qasam diġitali)
Next Generation EU
- Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza: €560 biljun
- REACT-EU: €50 biljun
- Fond għal Tranżizzjoni Ġusta: €30 biljun
- Strument ta' Appoġġ għas-Solvenza: €26 biljun
- Żvilupp Rurali: €15-il biljun
- RescEU: €2 biljun
- EU4Health: €7.7 biljun
- NDICI: €15.5 biljun
- Orizzont Ewropa: €13.5 biljun
- InvestEU: €30.3 biljun
Total: €750 biljun
Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza: allokazzjoni ta' għotjiet
2021-2022: €217-il biljun
Koeffiċjent tal-allokazzjoni:
- qgħad 2015-2019
- invers tal-PDG per capita
- sehem tal-popolazzjoni
2023: €93 biljun
Koeffiċjent tal-allokazzjoni:
- tnaqqis ġenerali fil-PDG fl-2020 u fl-2021, osservat fl-2022
- invers tal-PDG per capita
- sehem tal-popolazzjoni
Riżorsi proprji
Approċċ ta' erba' fażijiet:
- L-imposta bbażata fuq l-iskart tal-plastik - l-1 ta' Jannar 2021
- Mekkaniżmu ta' aġġustament għat-taxxa fuq il-karbonju fil-fruntieri u għall-imposta diġitali - sal-1 ta' Jannar 2023
- Sistema għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet (estensjoni possibbli għall-avjazzjoni u l-qasam marittimu)
- Ħidma fuq l-introduzzjoni ta' riżorsi proprji ġodda oħra
Ribassi
Ribassi ta' somma f'daqqa għal:
- L-Awstrija
- Id-Danimarka
- Il-Ġermanja
- In-Netherlands
- L-Iżvezja
Riżerva speċjali ġdida ta' Aġġustament għall-Brexit
€5 biljun għall-ġlieda kontra l-konsegwenzi negattivi fl-istati membri u s-setturi li ntlaqtu l-agħar mill-Brexit