L-ekonomija tal-pjattaformi fl-UE
L-ekonomija tal-pjattaformi fl-UE qed tikber malajr. Minn stima ta' €3 biljun fl-2016 laħqet €14-il biljun fi dħul fl-2020.
Aktar minn 500 pjattaforma tax-xogħol diġitali issa qed joperaw fl-UE, li jiffaċilitaw l-aċċess għas-servizzi għall-klijenti u joħolqu opportunitajiet għan-negozji u n-nies.
Għalkemm il-biċċa l-kbira tal-pjattaformi li joperaw fl-UE nħolqu fl-Ewropa, dawn jikkompetu ma' pjattaformi internazzjonali, ibbażati l-iktar fl-Amerka ta' Fuq.
L-ekonomija tax-xogħol fuq il-pjattaformi fl-UE fil-qosor
Il-pjattaformi tax-xogħol diġitali għandhom rwol importanti fl-ekonomija tal-UE. Dawn huma preżenti fl-istati membri kollha, jipprovdu sors ta' dħul għal aktar minn 28 miljun persuna, u saru mezz popolari ħafna biex jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet tal-konsumaturi.
Tkattir b'ħames darbiet f'erba' snin
Id-dħul mix-xogħol fuq il-pjattaformi diġitali mmultiplika f'dawn l-aħħar snin, minn €3.4 biljun fl-2016 għal €14-il biljun fl-2020.
75 % tad-dħul jiġi minn pjattaformi tat-taxi u tal-konsenja tal-ikel - setturi milquta mill-pandemija tal-COVID-19 (is-servizzi tat-taxi naqsu b'35% filwaqt li l-konsenja tal-ikel żdiedet b'125%).
Stampa tal-pjattaformi diġitali fl-UE
Illum il-ġurnata jeżistu aktar minn 500 pjattaforma attiva tax-xogħol diġitali.
Post ta' oriġini tal-pjattaformi diġitali li huma attivi fl-UE:
- UE: 77%
- Amerka ta' Fuq:12%
- Il-bqija tal-Ewropa: 8%
- Asja: 2%
- Oċeanja: 1%
Il-qligħ tan-nies li jaħdmu bi pjattaformi fl-UE, skont il-post ta' oriġini tal-pjattaforma diġitali:
- UE: 51%. L-ewwel ħamsa:
- Ġermanja: €1 biljun
- Franza: €0.7 biljun
- Netherlands: €0.4 biljun
- Spanja: €0.4 biljun
- Estonja: €0.2 biljun
- Amerka ta' Fuq: 42%
- Il-bqija tal-Ewropa: 5%
- Asja: 1%
- Oċeanja: 1%
Sorsi:
Informazzjoni ġenerali:
L-aħħar reviżjoni: 4 ta' Frar 2025