"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Ekonomija diġitali

Skopri kif l-UE tagħti spinta lill-attivitajiet ekonomiċi li jsiru online, u tiżgura suq ġust u kompetittiv.

L-UE qed issaħħaħ l-ekonomija diġitali permezz ta' strateġiji komprensivi mfassla biex jippromwovu l-kompetizzjoni, jiżguraw tassazzjoni ġusta, jipproteġu lill-konsumaturi u joħolqu kundizzjonijiet ekwi bejn in-negozji diġitali u dawk tradizzjonali.

Illustrazzjoni stilizzata li turi id iżżomm smartphone b'ċarts finanzjarji, trolley tax-xiri, vleġġa kbira, u munita diġitali.

Kompetizzjoni aktar ekwa bejn il-kumpaniji diġitali

L-UE għandha l-għan li toħloq settur diġitali li jippromwovi kompetizzjoni ġusta bejn il-kumpaniji diġitali, jixpruna l-innovazzjoni u jwassal benefiċċji lill-konsumaturi.

L-att dwar is-swieq diġitali (DMA) tal-UE jistabbilixxi regoli għall-pjattaformi online kbar biex iwaqqfuhom milli jabbużaw mill-pożizzjoni tagħhom. Fil-prattika dan jinkludi mġiba bħall-favoriment tal-prodotti tagħhom stess jew l-imblukkar tal-utenti milli jinstallaw apps esterni.

Kif il-kumpaniji u l-utenti jibbenefikaw mid-DMA

L-att dwar is-swieq diġitali jġib vantaġġi kemm għan-negozji kif ukoll għall-utenti billi jippromwovi ambjent aktar ekwu fl-ekonomija diġitali.

Kompetizzjoni aktar ġusta bejn il-pjattaformi online ta' kull daqs.

Aktar innovazzjoni fl-ekonomija tal-internet.

Għażla akbar u prezzijiet aħjar għall-konsumaturi.

Tassazzjoni ġusta għall-ekonomija diġitali

Profitti minn attivitajiet diġitali spiss ma jiġux intaxxati fil-pajjiż fejn jinsabu l-utenti u l-konsumaturi.

B'reazzjoni għat-trasformazzjoni diġitali li għaddejja, l-UE qed taħdem biex taġġorna r-regoli tradizzjonali tas-sistemi ta' tassazzjoni nazzjonali biex tiżgura li s-setturi kollha tal-ekonomiji tagħna,inkluż in-negozji diġitali,iħallsu s-sehem ġust tagħhom ta' taxxi u jikkontribwixxu għall-funzjonament tas-soċjetajiet tagħna.

Ġbir tal-VAT minn pjattaformi online

Ħafna fornituri tas-servizzi online fit-trasport tal-passiġġieri u fil-kirjiet ta' akkomodazzjoni għal żmien qasir ma jħallsux VAT.

Biex dan jiġi indirizzat, ir-regoli l-ġodda tal-UE jirrikjedu li l-pjattaformi online li jiffaċilitaw il-bejgħ tat-trasport tal-passiġġieri u tal-kirjiet ta' akkomodazzjoni għal żmien qasir jiġbru u jgħaddu l-VAT f'isem il-fornituri tas-servizzi individwali.

Dan jiżgura li dawn il-fornituri tas-servizzi jikkontribwixxu s-sehem ġust tagħhom tal-VAT, u b'hekk jippromwovu kundizzjonijiet aktar ekwi u ambjent tas-suq aktar kompetittiv.

Spinta lis-settur tal-finanzi diġitali

It-teknoloġiji bankarji diġitali u ta' pagament diġitali qed jittrasformaw is-servizzi finanzjarji. Ir-regolamenti tal-UE jiżguraw l-istabbiltà finanzjarja u l-protezzjoni tal-konsumatur u jtejbu l-effiċjenza tas-sistema finanzjarja.

L-UE qed taħdem biex tintroduċi euro diġitali, forma diġitali ta' flus kontanti, biex twieġeb għat-tibdil fil-preferenzi tal-ħlas tal-konsumaturi u ssaħħaħ l-awtonomija strateġika miftuħa tal-Ewropa.

L-UE stabbiliet rekwiżiti għall-emittenti u l-fornituri tal-kriptoassi biex tipproteġi aħjar lill-konsumaturi u lill-investituri, tnaqqas ir-riskju tal-kriminalità finanzjarja u tagħti spinta lill-innovazzjoni.

Biex tindirizza r-riskji fis-settur finanzjarju li jirriżultaw mid-dipendenza diġitali, l-UE stabbiliet standards ta' sigurtà uniformi għad-ditti finanzjarji u għall-fornituri tas-servizzi tagħhom biex tiżgura li dawn ikunu jistgħu jittrattaw it-tfixkil diġitali u jirkupraw minnu.

Kif l-UE tiżgura aktar għażla u kompetizzjoni aktar ġusta online

L-Unjoni Ewropea qed ittejjeb l-ambjent diġitali għall-benefiċċju tal-Ewropej kollha.

Esplora l-artiklu fil-fond tagħna biex tara eżempji fil-ħajja reali ta' kif l-UE qed tiżgura kompetizzjoni aktar ġusta fost in-negozji diġitali.

Id tersaq lejn buttuna diġitali u persuna taħdem fuq laptop

L-aħħar spjegazzjonijiet

Linja tal-assemblaġġ awtomatizzata blu fuq sfond isfar ċar.

Il-politika industrijali tal-UE

Mara mdaħħla fl-età titbissem waqt li tuża tablet, imdawra b'linji astratti ta' kejbils tad-data u tan-network, li juru l-konnettività u l-adozzjoni diġitali.

"Perkors għad-Deċennju Diġitali": il-pjan tal-UE li tikseb Ewropa diġitali sal-2030

Żewġ persuni waqt li qed jużaw il-mobiles jidhru fuq naħa u oħra ta' mappa tal-Unjoni Ewropea, b'linji kkurvati li jgħaqqduhom u jissuġġerixxu telefonati, messaġġi u użu tal-internet transfruntieri minn pajjiż tal-UE għal ieħor.

Protezzjoni tal-konsumatur: ċempel, ibgħat messaġġ u uża l-internet

L-aħħar reviżjoni: 31 ta' Lulju 2026